Skip to main content

Il-parteċipanti kollha li jimlew l-istħarriġ li se jintbagħtilhom awtomatikament wara l-vjaġġ tagħhom, se jingħataw ċertifikat tal-parteċipazzjoni. Imnebbaħ mill-Youthpass, dak iċ-ċertifikat isemmi l-eżiti tat-tagħlim u jinkludi elementi ta’ kompetenzi ewlenin li jkunu nkisbu.

Tabilħaqq, bl-ivvjaġġar, il-parteċipanti jistgħu jsaħħu l-identità Ewropea tagħhom u jifhmu x’tirrappreżenta l-UE. Ikollhom l-opportunità jiltaqgħu ma’ persuni minn madwar l-Ewropa, jaqsmu l-ideat flimkien u jipparteċipaw f’networks bejn il-pajjiżi. Għal uħud minnhom, din se tkun l-ewwel darba li se jivvjaġġaw waħedhom. Tul l-esperjenza tagħhom f’DiscoverEU, se jkunu jistgħu jiżviluppaw ċerti kompetenzi ewlenin, fosthom ħiliet fil-lingwi, kunfidenza fihom infushom, adattabbiltà, reżistenza għall-istress, awtodipendenza, ħiliet interpersonali, ħiliet fis-soluzzjoni tal-problemi, ħiliet organizzattivi u kif jibnu u jaħdmu f’tim. 

 

A. SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET (REGOLI)
Weight
11