Skip to main content

Fuq il-pass tal-ivvjaġġar jiġi speċifikat il-pajjiż tar-residenza tiegħek. Dan ikun il-pajjiż li tkun ktibt fl-applikazzjoni tiegħek. Fuq il-pass tal-ivvjaġġar ma jistax ikollok pajjiż tar-residenza differenti minn dak miktub fl-applikazzjoni. L-ivvjaġġar bil-pass minn u lejn il-pajjiż tar-residenza tiegħek hu limitat għal vjaġġ wieħed ’il barra u ieħor ’il ġewwa.

Għalhekk, il-pass tal-ivvjaġġar tista’ tużah fil-pajjiż tar-residenza tiegħek stess darbtejn: vjaġġ wieħed ’il barra (biex titlaq mill-pajjiż) u vjaġġ ieħor ’il ġewwa (biex tirritorna fil-pajjiż). Dawn m’għandhomx għalfejn ikunu l-ewwel jew l-aħħar vjaġġ, jistgħu jsiru fi kwalunkwe mument tal-vjaġġ tiegħek. Jekk għandek bżonn iżjed minn vjaġġ wieħed ’il barra u ’l ġewwa, ngħidu aħna għax tkun se taqsam il-pajjiż matul il-vjaġġ, dejjem tista’ tixtri biljetti addizzjonali minn xi post għall-ieħor mingħand il-kumpanija tat-trasport. Il-vjaġġi ’l barra u ’l ġewwa jridu jsiru f’jumejn mis-sebat ijiem tal-ivvjaġġar li hemm fuq il-pass tal-ivvjaġġar u għalhekk fi żmien il-validità tiegħu ta’ xahar.
 

C. L-IVVJAĠĠAR
Weight
6