Wara li tirreġistra, tista’ jew tapplika għal opportunitajiet ippubblikati li tara fuq il-paġna ewlenija jew tistenna li tiġi kkuntattjat minn organizzazzjoni b’offerta. Meta tiġi kkuntattjat, tista’ jew taċċetta jew tirrifjuta l-offerta. Int liberu, naturalment, li titlob aktar informazzjoni u tiddiskuti l-opportunità mal-organizzazzjoni direttament. Jekk tintgħażel minn organizzazzjoni ospitanti, jista’ jkollok bżonn issib organizzazzjoni ta’ appoġġ f’pajjiżek. Tista’ tfittex din fil-bażi tad-data tal-organizzazzjonijiet tal-volontarjat. Xi drabi organizzazzjoni ospitanti tgħinek issib organizzazzjoni ta’ appoġġ.
Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
Weight
35
