Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Dwar

L-organizzazzjoni tiegħek tista’ tkun eliġibbli biex tapplika għall-finanzjament mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà biex tiżviluppa proġetti għall-ġid tal-komunitajiet u s-soċjetà kollha kemm hi. Aħna naħdmu ma’ firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet attivi f’oqsma li jinkludu:

  • l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika
  • il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali
  • il-protezzjoni tan-natura
  • il-promozzjoni tas-saħħa u l-benesseri
  • il-promozzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ
  • il-ħidma mal-komunitajiet tal-migranti. 
  • it-tisħiħ tal-kapaċità u r-reżiljenza ta’ komunitajiet vulnerabbli jew affettwati minn diżastri f’dawk ir-reġjuni ta’ pajjiżi terzi li fihom iseħħu attivitajiet u operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja
  • it-tisħiħ tat-tħejjija għad-diżastri u t-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri f’dawn ir-reġjuni.

Jekk il-proġett tiegħek jiġi approvat, ikollok aċċess għal grupp ta’ żgħażagħ motivati bejn it-18 u t-30 sena (35 għall-Volontarjat fil-qasam tal-Għajnuna Umanitarja) fil-portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. L-organizzazzjoni tiegħek se tkun tista’ tirreklama l-opportunitajiet jew tfittex u tikkuntattja l-parteċipanti potenzjali. 

Il-finanzjament tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għandu bosta vantaġġi għall-organizzazzjoni tiegħek. Jista’:

  • jippermettilek tagħmel aktar
  • jgħinek tisfrutta l-ħiliet u l-entużjażmu taż-żgħażagħ b’motivazzjoni qawwija
  • jippermettilek toħloq rabtiet maż-żgħażagħ billi toffrilhom esperjenza ta’ tagħlim sinifikanti
  • tressaq ideat ġodda fil-ħidma ta’ kuljum tal-organizzazzjoni tiegħek
  • toħloq rabtiet aktar b’saħħithom mal-komunità lokali. 

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jista’ jappoġġja:

Fergħa tal-volontarjat

  • Attivitajiet ta' volontarjat

- Individwali
- F’timijiet
- Timijiet ta’ volontarjat f’oqsma ta’ prijorità għolja

  • Proġetti ta’ Solidarjetà
  • Volontarjat taħt il-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja (Volontarjat fil-qasam tal-Għajnuna Umanitarja) f’dawk ir-reġjuni ta’ pajjiżi terzi li fihom iseħħu attivitajiet u operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja