Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Għodda tal-IT – Portal tal-Organizzazzjoni (PASS)

Dan huwa mfassal biex jgħin lill-organizzazzjoni tiegħek tfittex u tirrekluta parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-attivitajiet li qed tippjana li twettaq.

L-organizzazzjoni tiegħek l-ewwel trid tkun awtorizzata taħt wieħed mill-programmi tal-UE marbutin mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Ladarba tkun ġiet awtorizzata, ħu wieħed minn dawn il-perkorsi li ġejjin biex tibda tuża l-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS), skont il-programm li l-organizzazzjoni tiegħek hija assoċjata miegħu.

  1. L-organizzazzjoni tiegħek għandha Tikketta tal-Kwalità (ESC50 jew ESC52) valida? Jekk iva, l-istaff elenkat fid-deċiżjoni li tagħti t-Tikketta tal-Kwalità jista’ jaċċessa awtomatikament il-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS) permezz tal-kont tal-EU Login eżistenti tagħhom. L-organizzazzjoni tiegħek tista’ tivverifika liema membri tal-istaff huma elenkati f’din id-deċiżjoni billi tikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek.
  2. L-organizzazzjoni tiegħek għandha Tikketta tal-Kwalità tal-Għajnuna Umanitarja u għandha rwol ta’ appoġġ fi proġett iffinanzjat mill-Volontarjat fil-qasam tal-Għajnuna Umanitarja? Jekk iva, il-persuna ta’ kuntatt prinċipali ta’ kuntatt tal-proġett tal-Volontarjat fil-qasam tal-Għajnuna Umanitarjaista’ tista’ taċċessa awtomatikament il-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS) permezz tal-kont tal-EU Login eżistenti tagħha. L-organizzazzjoni tiegħek tista’ tivverifika liema membri tal-istaff għandhom aċċess għall-PASS billi tikkuntattja lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA)

L-utenti awtorizzati kollha għandhom imbagħad jaċċessaw il-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS) billi jużaw il-kont tal-EU Login tagħhom, li jawtentikahom fis-sistema. 
/!\ Biex jawtentikaw permezz tal-EU Login, l-organizzazzjonijiet iridu jużaw l-indirizz tal-email marbut mal-akkreditazzjoni tagħhom. 

Gwida għall-Utent u tal-Appoġġ Tekniku tal-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS)

Għandek bżonn l-għajnuna biex taċċessa jew tuża l-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS)? Iddawnlowdja l-aħħar verżjoni tal-Gwida għall-Utent għall-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS). Alternattivament, illoggja fil-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS) u aċċessah direttament.

Share your feedback on the Youth Portal!
Take a 1-minute survey and tell us more about your experience on the European Youth Portal.
(A cookie will be created so that you do not see this message again.)