Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Qabel tapplika

Qabel ma l-organizzazzjoni tiegħek tkun tista’ tapplika għall-finanzjament, hemm diversi passi ta’ tħejjija li trid tieħu. 

  1. Iffamiljarizza ruħek mas-Sejħa għal proposti ġenerali u l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Il-Gwida hija qari essenzjali għal kull min jixtieq japplika. Din tispjega r-regoli u l-kundizzjonijiet li jeħtieġ li timxi magħhom biex ikollok aċċess għall-finanzjament u twettaq proġetti taħt il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Tista’ wkoll tistaqsi xi mistoqsijiet lill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek; hi qiegħda fil-post ideali biex tappoġġjak fil-preparazzjonijiet tiegħek. 
  2. Ara jekk l-organizzazzjoni tiegħek hijiex eliġibbli. L-organizzazzjonijiet eliġibbli jistgħu jkunu pubbliċi, privati jew mingħajr skop ta’ qligħ. Tinsiex tiċċekkja jekk pajjiżek hux fuq il-lista ta’ pajjiżi tal-programm u sħab eliġibbli.
  3. Ikseb ID għall-organizzazzjoni tiegħek (OID). Irreġistra fuq il-portal iddedikat għall-organizzazzjonijiet biex tikseb in-numru li int u sħabek se teħtieġu biex timlew il-formola tal-applikazzjoni. 
  4. Applika għat-Tikketta tal-Kwalità. L-organizzazzjoni tiegħek teħtieġ Tikketta tal-Kwalità qabel ma tkun tista’ tapplika għall-finanzjament. (Dan mhuwiex rekwiżit għall-Proġetti ta’ Solidarjetà.)
  5. Sib sieħeb (jekk applikabbli). Għal ħafna attivitajiet tal-Korp, trid tissieħeb ma’ organizzazzjoni f’pajjiż ieħor. Tista’ tfittex fil-bażi tad-data tal-organizzazzjonijiet biex issib organizzazzjonijiet xierqa.
  6. Iddeċiedi dwar il-proġett tiegħek. L-ewwel nett, iċċekkja liema attivitajiet huma eliġibbli għal finanzjament taħt il-komponent tal-volontarjat u dak okkupazzjonali. Żviluppa l-idea tiegħek u fassal proposta għal proġett. Iċċekkja t-tul permissibbli tal-proġett tiegħek, flimkien mad-dati tal-bidu u tat-tmiem.
  7. Iċċekkja l-iskadenza u d-dati. Iċċekkja d-data u l-ħin tal-ġurnata ta’ skadenza biex tissottometti l-formola ta’ applikazzjoni online tiegħek. L-applikazzjonijiet li jaslu wara l-iskadenza ma jitqisux.
  8. Imla l-formola ta’ applikazzjoni. Uża l-formola ta’ applikazzjoni korretta għall-komponent, l-attività u ċ-ċiklu ta’ finanzjament li għażilt. Kun ċert li jkollok biżżejjed żmien għall-kompitu, iċċekkja li l-oqsma kollha jimtlew b’mod korrett, u vvalida l-formola. Ma tistax tissottometti l-applikazzjoni tiegħek qabel tagħmel dan kollu. Awguri!