Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Dwar

Lest biex tilqa’ sfida, u tixtieq tgħin lil persuni oħrajn? Ara kif tista’ tinvolvi ruħek hawnhekk.

Tipi ta' attivitajiet

Oqsma ta’ attività

  • Kreattività u kultura
  • Edukazzjoni u Taħriġ
  • Impjiegi u intraprenditorija
  • Protezzjoni ambjentali u naturali
  • Saħħa u benesseri
  • Edukazzjoni fiżika u sport
  • Ħidma ma’ refuġjati u migranti
  • Sfidi tas-soċjetà
  • Prevenzjoni tad-diżastri u l-irkupru
  • U ħafna oħrajn …

Limitu tal-età

Jekk tiddeċiedi li tingħaqad mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, ftakar li tista’ tirreġistra mill-età ta’ 17-il sena ’l fuq, iżda ma tistax tibda proġett qabel ma tagħlaq 18-il sena. 
Il-parteċipazzjoni hija miftuħa sal-età ta’ 30 sena (35 għall-Volontarjat fil-qasam tal-Għajnuna Umanitarja). 

Rekwiżiti

L-ewwel nett, meta tingħaqad, timpenja ruħek li tirrispetta l-prinċipji tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Imbagħad għandek tkun taf li:

  • tista’ tipparteċipa biss f’attività waħda ta’ volontarjat fit-tul (xahrejn sa 12-il xahar), iżda xorta waħda tista’ twettaq attivitajiet ta’ volontarjat f’tim u tieħu sehem fi Proġetti ta’ Solidarjetà, impjiegi u traineeships 
  • jekk tieħu sehem f’attività ta’ volontarjat individwali għal żmien qasir (sa xahrejn), xorta tista’:

– tipparteċipa f’attività waħda fit-tul
– tipparteċipa f’attivitajiet ta’ volontarjat f’tim u tipparteċipa fi Proġetti ta’ Solidarjetà, impjiegi u traineeships

Kif jaħdem?

Wara li tirreġistra fil-portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, se jkollok aċċess għal dashboard personali, fejn se ssib opportunitajiet ta’ volontarjat, xogħol, taħriġ u aktar. 

Barra minn hekk, jekk turi lilek innifsek bħala disponibbli, tista’ tiġi kkuntattjat minn organizzazzjonijiet li jridu jsibulek xi proġett minn tagħhom addattat għalik. 

Jekk tixtieq tieħu sehem fil-Volontarjat fil-qasam tal-Għajnuna Umanitarja, se jkollok bżonn tagħmel test ta’ awtovalutazzjoni u ssegwi taħriġ speċifiku (online u wiċċ imb wiċċ) sabiex tingħaqad mal-grupp ta’ voluntiera kandidati.

Ingħaqad mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

 

Għandek bżonn kont tal-media soċjali jew indirizz tal-email. Ara l-politika tagħna dwar il-privatezza tad-data