Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Prinċipji

Prinċipji tal-kondotta

Il-prinċipji tal-kondotta deskritti hawnhekk huma ġenerali, imfassla biex ikopru l-varjetà kbira ta’ parteċipanti, organizzazzjonijiet u ambjenti potenzjali li fihom jistgħu jitwettqu l-attivitajiet. Għandhom jiġu adattati għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull attività.

Bħala parteċipant żagħżugħ

L-organizzazzjonijiet li organizzaw l-attività tiegħek iddedikaw ħafna ħin, enerġija u riżorsi għal dan. Jekk jogħġbok irrispetta l-isforz tagħhom, kif ukoll il-komunitajiet lokali u l-persuni direttament ikkonċernati mill-attivitajiet.

Bħala organizzazzjoni ospitanti

Il-parteċipanti jġorru magħhom ċerti ideat, twemmin u aspettattivi. Jekk jogħġbok żomm f’moħħok dawn il-ħtiġijiet billi inti responsabbli biex tipprovdi ambjent ospitanti bbażat fuq ir-rispett u l-fiduċja. 

Wegħda personali

  • Bħala parteċipant żagħżugħ, jeħtieġlek tħaddan il-prinċipji li ġejjin:
  • Jien inħaddan il-valuri tas-solidarjetà, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem, il-promozzjoni ta’ soċjetà ġusta u ugwali bbażata fuq il-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza
  • Irrid insaħħaħ is-solidarjetà bejn in-nies, filwaqt li nirrispetta l-kulturi u t-tradizzjonijiet tagħhom; għandna l-għan li nibnu komunità ta’ responsabbiltajiet kondiviżi u appoġġ reċiproku
  • Jien nixtieq nagħti kontribut ġenwin lis-soċjetà u se nuri solidarjetà, kooperazzjoni u fehim reċiproku.
  • Jien m’iniex se naġixxi b’xi mod li jista’ jpoġġi l-oħrajn jew lili nnifsi f’riskju li nweġġgħu

Punti prattiċi

  • Ir-reġistrazzjoni fil-Korp hi volontarja, u inti liberu li tħassar il-kont tiegħek fi kwalunkwe mument (sakemm ma tkunx ħadt sehem f’attività ta’ volontarjat. Tista’ ssib aktar informazzjoni fil-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ - dikjarazzjoni ta’ privatezza https://youth.europa.eu/privacy_mt)
  • Tista’ tirrifjuta kwalunkwe offerta ta’ attività ta’ volontarjat tal-Korp mingħajr ma taffettwa l-opportunità tiegħek li tirċievi offerti oħrajn fil-futur
  • Ma tistax tintalab tħallas xi tariffa għall-parteċipazzjoni f’attività

Rigward il-volontarjat:

  • Kemm qabel kif ukoll matul l-istazzjonament tiegħek, se tirċievi informazzjoni ċara dwar il-kompiti li se twettaq u (jekk meħtieġ) taħriġ xieraq u appoġġ lingwistiku.
  • Għandek tiffirma ftehim mal-organizzazzjoni ospitanti, meta taċċetta attività, li jagħti dettalji tal-kundizzjonijiet tal-attività tiegħek
  • Inti trid tirrispetta r-regoli, l-istruttura u l-prattiki tal-organizzazzjoni ospitanti (li jistgħu tabilħaqq ikunu neċessarji biex tipproteġi s-saħħa, is-sikurezza u d-dinjità tiegħek) 
  • Għandek tirrispetta l-liġijiet tal-pajjiż ospitanti
  • Fi tmiem l-attività tiegħek, se tingħata ċertifikat tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, li jikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħek