Tikketta tal-Kwalità
It-Tikketta tal-Kwalità tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tiċċertifika li organizzazzjoni li tieħu sehem fil-Korp tista’ tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa biex iż-żgħażagħ jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ solidarjetà.
L-organizzazzjoni parteċipanti trid tikkonforma mal-prinċipji u mal-istandards tal-kwalità stabbiliti fil-Gwida tal-Programm.
Organizazzjoni tista’ tapplika għal Tikketta tal-Kwalità għall-volontarjat b’rwol ta’ appoġġ u/jew rwol ta’ ospitant Mill-2021, tip addizzjonali ta’ Tikketta tal-Kwalità (Tikketta tal-Kwalità għall-organizzazzjoni ewlenija) jippermetti lid-detenturi tagħha japplikaw għall-finanzjament b’mod simplifikat.
It-Tikketta tal-Kwalità tagħti aċċess lil organizzazzjoni għall-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u grupp ta’ żgħażagħ motivati.
Tista’ tuża dawn il-formoli ta’ applikazzjoni (ESC50) biex tapplika għal Tikketta tal-Kwalità fi kwalunkwe ħin. L-Aġenziji Nazzjonali jieħdu madwar 8 ġimgħat biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet. Ladarba l-organizzazzjoni tiegħek ikollha t-Tikketta tal-Kwalità tagħha, it-tikketta tibqa’ valida għat-tul kollu tal-programm attwali 2021-2027.
It-Tikketta tal-Kwalità tagħti aċċess lill-organizzazzjoni tiegħek għall-Portal tal-Organizzazzjoni (qabel kien magħruf bħala s-“Sistema ta' Appoġġ u ta' Ġestjoni tal-Kollokamenti” PASS aċċessibbli mill-portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà). Uża l-portal biex tagħti pubbliċità lill-opportunitajiet li int tista’ toffri liż-żgħażagħ u/jew biex tfittex parteċipanti potenzjali.
Mhijiex meħtieġa Tikketta tal-Kwalità għall-Proġetti ta’ Solidarjetà.
Tip differenti ta’ Tikketta tal-Kwalità huwa meħtieġ għall-parteċipazzjoni fil-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja.
Organizzazzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru tal-UE jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm:
- Applika mal-Aġenzija Nazzjonali tal-pajjiż fejn hija stabbilita l-organizzazzjoni tiegħek
Organizzazzjonijiet stabbiliti f’pajjiż terz mhux assoċjat mal-Programm:
- Il-Balkani tal-Punent u l-Liechtenstein - japplikaw maċ-ċentru għal appoġġ, tagħlim avvanzat u opportunitajiet ta’ taħriġ (SALTO) għax-Xlokk tal-Ewropa
- Il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, ir-Russja u n-Norveġja - japplikaw ma' SALTO għal-Lvant tal-Ewropa u l-Kawkasu
- In-Nofsinhar tal-Mediterran - japplika ma' SALTO EuroMed
Uża s-sorsi li ġejjin biex issib organizzazzjonijiet sħab:
- Bażi tad-data tal-organizzazzjonijiet kollha akkreditati/li għandhom it-Tikketta tal-Kwalità
- Portal tar-reġistrazzjoni li jippermetti li l-organizzazzjonijiet jirċievu l-ID tal-organizzazzjoni tagħhom għall-Erasmus+ u għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (pereżempju, fittex billi tittajpja l-isem ta’ belt fil-kaxxa tat-tfittxija)
- Pjattaforma tal-proġetti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà: turi l-proġetti kollha ffinanzjati taħt din l-iskema.
- Għodda ta’ tfittxija tas-sħab OTLAS