Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Proġetti ta’ Solidarjetà

Nagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ

Il-Proġetti ta’ Solidarjetà joffru mod għaż-żgħażagħ b’inizjattiva li jmexxu l-proġett tagħhom stess f’pajjiżhom. Il-kundizzjonijiet huma ċari: 

  • ta’ mill-anqas iridu jkunu involuti 5 żgħażagħ
  • il-proġett għandu jdum bejn xahrejn u 12-il xahar
  • Il-parteċipanti kollha jridu jkunu reġistrati fil-portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà 
  • il-proġett jista’ jkun full-time jew part-time.

Kif l-organizzazzjoni tiegħek tista’ tgħin?

Jekk taf xi grupp ta’ żgħażagħ ħerqana li jaħdmu fil-komunità tagħhom stess għal kawża li hi għal qalbhom, għaliex ma tgħidilhomx dwar il-Proġetti ta’ Solidarjetà u tħeġġiġhom japplikaw?

Il-finanzjament jista’ jgħin biex jiġu ttrattati problemi fil-komunitajiet tagħhom, jimmiraw lejn grupp speċifiku jew jiżviluppaw opportunitajiet lokali. Fl-istess ħin, meta jmexxu l-proġett tagħhom stess tkun esperejenza ta’ tagħlim imprezzabbli.

Appoġġ għall-inizjaturi żgħażagħ ta’ proġett

Biex l-applikazzjoni tiġi aċċettata b’suċċess, il-grupp li qed jieħu l-inizjattiva jrid ikollu tema definita b’mod ċar li jrid jesplora flimkien. Il-proġett għandu jkun ta’ benefiċċju għall-komunità lokali u jinvolvi l-parteċipanti kollha f’attivitajiet ta’ kuljum, li jridu jiġu speċifikati.

Il-grupp jista’ jitlob għal għajnuna esterna. Pereżempju, jistgħu jagħżlu li jaħdmu ma’ organizzazjzoni stabbilita, li tista’ tapplika għall-finanzjament f’isimhom u tipprovdi gwida dwar kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji. Kowċ (xi ħadd b’esperjenza ta’ xogħol fost iż-żgħażagħ) jista’ jgħin jiffaċilita l-proċess ta’ tagħlim. 

Jekk organizzazzjoni stabbilita tipprovdi għajnuna, din għandha tiffoka prinċipalment fuq l-appoġġ lill-parteċipanti b’impenji amministrattivi u finanzjarji li jinqalgħu matul ċ-ċiklu kollu tal-proġett. Madankollu, tista’ toffri appoġġ u gwida billi tidentifika u tiddokumenta eżiti ta’ tagħlim.

Finanzjament

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jista’ jgħin gruppi ta’ żgħażagħ fl-ispejjeż tal-immaniġġjar tal-proġett bħat-tħejjija, l-implimentazzjoni tal-attivitajiet, l-evalwazzjoni, it-tixrid u l-attivitajiet ta’ segwitu u jista’ jipprovdi sa €500 kull xahar. L-ispejjeż marbutin mal-involviment ta’ kowċ fil-proġett jista’ jiġu koperti wkoll. Spejjeż eċċezzjonali biex jappoġġjaw liż-żgħażagħ b’anqas opportunitajiet ugwalment jistgħu jiġu koperti.

Applikazzjoni

L-applikazzjoni għall-Proġetti ta’ Solidarjetà hija proċess ċar - m’hemmx bżonn ta’ sħab jew li jkollok it-Tikketta tal-Kwalità. Il-formola tal-applikazzjoni tistaqsi mistoqsijiet bħal, għaliex dawn iridu jwettqu dan il-propett, il-benefiċċji lill-komunità, u x’attivitajiet se jwettqu. Kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata tista’ tapplika f’isem grupp ta’ żgħażagħ (jekk jogħġbok innota li din hi attività mmexxija miż-żgħażagħ) permezz tal-formoli ta’ applikazzjoni. Din l-azzjoni hi miftuħa għall-pajjiżi tal-programm biss.