Sejħa għal proposti
Sejħa tal-2026
Is-sejħa għal proposti ta’ proġetti tal-2026 ġiet ippubblikata. Jekk jogħġbok ikkonsulta d-dokumenti u l-għodod mogħtija hawn taħt.
Avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
CALL FOR PROPOSALS 2026 - EAC/A15/2025 European Solidarity Corps (C/2025/06214)
Verżjonijiet preċedenti:
Gwida tal-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-2026
Il-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-2026 hi qari essenzjali għal kull min huwa interessat li japplika. Din tispeċifika l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-proġetti li tista’ tapplika għalihom taħt is-sejħa ġenerali għal proposti.
Verżjonijiet preċedenti:
- Verżjoni 2025
- Verżjoni 2 tal-2024 u r-Rettifika tagħha
- Verżjoni 1 tal-2024
- Verżjoni 2023
- Verżjoni 2022
- Verżjoni 2 tal-2021 u r-Rettifika tagħha
- Verżjoni 1 tal-2021
- Verżjoni 2020
- Verżjoni 2019
- Verżjoni 2018
Tip ta’ attività | Skadenza | Fejn tapplika |
Proġetti ta’ Volontarjat | 18 ta’ Frar 2026 1 ta’ Ottubru 2026 (round fakultattiv) | Aġenzija Nazzjonali |
Proġetti ta’ Solidarjetà | 18 ta’ Frar 2026 7 ta’ Mejju 2026 (round fakultattiv) 1 ta’ Ottubru 2026 | Aġenzija Nazzjonali |
Timijiet ta’ Voluntieri f’oqsma ta’ prijorità għolja | It-3 ta' Marzu 2026 | L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea tal-Edukazzjoni u l-Kultura |
Volontarjat fil-kuntest tal-Korp ta’ Għajnuna Umanitarja | 23 ta’ April 2026 | L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea tal-Edukazzjoni u l-Kultura |
L-applikazzjonijiet għat-Tikketta tal-Kwalità jistgħu jiġu ppreżentati fuq bażi kontinwa.
Proċedura tal-applikazzjoni
Għall-attivitajiet deċentralizzati mmaniġġjati mill-Aġenziji Nazzjonali jekk jogħġbok applika billi tuża l-paġna tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
Tista’ ssib mudelli tal-formoli ta’ applikazzjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni u tħejjija hawnhekk: Kampjun tas-Sejħa tal-2026 għat-Tikketta tal-Kwalità (ESC 50), kampjun tas-Sejħa tal-2026 għall-Proġetti ta’ Volontarjat (ESC 51), kampjun tas-Sejħa tal-2026 għall-Proġetti ta’ Solidarjetà (ESC 30).
Tista’ wkoll tiddawnlowdja mudell vojt ta’ Dikjarazzjoni fuq l-Unur. Dan id-dokument huwa diġà inkluż fil-formola tal-applikazzjoni; hawnhekk qed tiġi pprovduta verżjoni vojta separata bħala referenza.
Għall-attivitajiet ċentralizzati mmaniġġjati mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura, l-informazzjoni dwar il-formoli tal-applikazzjoni u l-proċedura tal-għażla se tkun disponibbli fuq is-sit web tal-EACEA u fil-portal Opportunitajiet ta’ finanzjament u offerti.
Kif tirreġistra l-organizzazzjoni tiegħek
- L-ewwel trid tikseb EU login validu. Is-Servizz ta’ Awtentikazzjoni tal-EU Login jawtentika lill-utenti ta’ diversi sistemi ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni (ara l-gwida għall-utent għad-dettalji).
- Identifika fejn tirreġistra. L-attività li għaliha tixtieq tapplika hi mmaniġġjata mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura jew minn Aġenzija Nazzjonali? Ara r-Reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet għal aktar informazzjoni.