Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Proġetti ta’ Volontarjat

Il-finanzjament tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà ta’ proġetti ta’ volontarjat jgħin organizzazzjonijiet iwessgħu l-impatt tagħhom billi jospitaw voluntieri jew billi jibagħtu voluntieri barra l-pajjiż. Dawn il-proġetti jagħtu liż-żgħażagħ opportunità li jieħdu sehem fl-attivitajiet ta’ kuljum tal-organizzazzjonijiet – potenzjalment esperjenza li sseddaq ħafna kemm lill-voluntieri kif ukoll lill-organizzazzjonijiet.

Il-proġetti ta’ volontarjat huma t-tip l-aktar komuni ta' proġetti. Organizzazzjonijiet li jieħdu sehem irid ikollhom Tikketta tal-Kwalità xierqa (jew akkreditazzjoni ta’ volontarjat Erasmus+) Dawn jistgħu japplikaw għal għotja mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà biex tkopri:

  • volontarjat individwali (xahrejn sa 12-il xahar, jew f’xi każijiet, minn ġimagħtejn sa xahrejn)
  • volontarjat f’tim (minn ġimagħtejn sa xahrejn, 10-40 parteċipant).

Volontarjat individwali

Attivitajiet ta’ volontarjat individwali bejn il-fruntieri li jinvolvu ta’ mill-anqas 2 organizzazzjonijiet. Għandhom ikopru r-rwoli li ġejjin:

  • rwol ta’ ospitant - ikopri il-firxa sħiħa ta’ attivitajiet marbuta mal-ospitalità ta’ parteċipant, inkluż l-iżvilupp ta’ attivitajiet u gwida
  • rwol ta’ appoġġ - jimplika l-appoġġ, il-preparazzjoni u t-taħriġ tal-parteċipanti qabel it-tluq tagħhom, flimkien mal-medjazzjoni bejnhom u l-organizzazzjoni li qiegħda tospitahom.

Għal volontarjat fil-pajjiż stess, organizzazzjoni waħda li għandha Tikketta tal-Kwalità għal rwol ta’ ospitant hi biżżejjed. 

Volontarjat f’tim

Ir-rekwiżit minimu hu organizzazzjoni waħda irrispettivament mir-rwol li għalih ġiet akkreditata.

Finanzjament

Jekk l-organizzazzjoni tiegħek tapplika għal proġett ta’ volontarjat, l-għotja għandha tkopri l-ispejjeż li ġejjin: 

  • spejjeż tal-immaniġġjar tal-proġett (eż. ippjanar, finanzi, koordinazzjoni)
  • spejjeż tal-attivitajiet (eż. it-tħejjija, il-monitoraġġ u l-appoġġ tal-parteċipanti u l-ikel)
  • kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti
  • appoġġ lil parteċipanti b’inqas opportunitajiet
  • kontribuzzjoni għall-ispejjeż personali addizzjonali tal-parteċipanti
  • appoġġ lingwistiku
  • spejjeż tal-attivitajiet eċċezzjonali u kumplementari

Meta tapplika għal għotja

L-organizzazzjoni tiegħek għandha Tikketta tal-Kwalità bbażata f’pajjiż tal-programm? Jekk iva, int għandek tapplika għand l-Aġenzija Nazzjonali tal-pajjiż fejn l-organizzazzjoni hi stabbilita. 
Madankollu, jekk l-organizzazzjoni tiegħek hi bbażata f’pajjiż sieħeb, tista’ taġixxi bħal sieħeb iżda ma tistax tapplika f’isimha stess.

Jekk jogħġbok uża formola tal-applikazzjoni biex tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek. 

Timijiet ta’ volontarjat f’oqsma ta’ prijorità għolja

Dan il-qasam ta’ xogħol hu ġestit ċentralment mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA). Dan jinvolvu proġetti kemxejn kbar imwettqa minn timijiet ta’ voluntieri li jiffokaw fuq prijoritajiet tematiċi ddefiniti kull sena fuq il-livell tal-UE. 
Interessat(a)? Mela applika mal-EACEA.

Volontarjat fil-qasam tal-Għajnuna Umanitarja (Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja)

Dan il-qasam ta’ xogħol hu ġestit ċentralment mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA). Taħt dan il-qasam, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jappoġġja l-volontarjat f’attivitajiet ta’ solidarjetà relatati mal-għajnuna umanitarja.
Interessat(a)? Mela applika mal-EACEA.