Bl-arkitettura kkulurita u dinamika tagħha, il-belt kostali Portugiża ta’ Porto se tilqgħek bl-aktar mod interessanti u pożittiv. Porto tospita l-innovazzjoni u l-inklużività, u reċentement ingħatat għotja mill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-proġett tagħha – Porto Think Tank.
Porto tospita wkoll il-proġett ta’ Inklużjoni Soċjoambjentali, li għandu l-għan li jiġbor, ixerred, u jgħaddi lill-ġenerazzjonijiet futuri għarfien prezzjuż dwar l-ispeċijiet tal-pjanti mediċinali.
Idħol fl-atmosfera Medjevali ta’ Porto billi timxi fil-viċinat vibranti ta’ Ribeira. Hu elenkat bħala sit ta’ Patrimonju Dinji tal-UNESCO, u joffri bosta postijiet fejn l-ilma tax-xmara, fejn tista’ tpoġġi u tgawdi l-atmosfera u dduq xi delikatezzi lokali. Waqt li tkun hemm, esperjenza bis-sħiħ il-laqta kontemporanja unika ta’ din iż-żona mogħtija mill-arti vibranti tat-triq tal-belt, u ħalli l-ħitan ikkulurati u inkredibbl tagħha jispirawk.
Skopri l-Casa da Música ultramoderna – bini ġeometriku mifrux fuq disa’ sulari li jospita sala tal-kunċerti futuristika. U jekk għadek ma xbajtx mill-arkitettura kontemporanja, kun ċert li ma titlifx it-Terminal tal-Kruċieri f’forma spirali fil-Port ta’ Leixões.
Xi proġetti bbażati f’Porto ġew innominati għall-Premjijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB) tal-2021. L-istudio tad-diżinn multidixxiplinari Theform, li jiffoka fuq esperjenzi personalizzati immersivi, il-kokreazzjoni, u l-manifattura diġitali, kien finalist tal-Premju Rising Star.
Agueda, li hi l-belt tal-Proġett Umbrella Sky, proġett ta’ ispirazzjoni u inklużiv li jkopri xi toroq tal-belt b’umbrelel ikkuluriti, tilqa’ b’idejn miftuħa kull min iħossu jinġibed mill-atmosfera vibranti tagħha. Żur din il-belt Portugiża vivaċi u tara kif il-kulur jinfluwenza mhux biss l-estetika tal-belt, iżda wkoll l-emozzjonijiet tiegħek stess.
Filwaqt li jirrappreżenta bis-sħiħ l-ispirtu tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB), l-approċċ innovattiv ta’ Águeda jarrikkixxi wkoll l-esperjenza turistika permezz ta’ inizjattivi bħal apps tal-mobile li jgħinuk tippjana ż-żjara tiegħek fil-belt, u hotspots għall-ixxerjar tar-roti li jippermettulek tgawdi dawra bir-rota fit-toroq ikkuluriti tagħha.
Iżda kun ċert li tagħmel konnessjoni wkoll man-naħa Medjevali ta’ Águeda. Żur Lamas do Vouga biex tħares lejn il-Ponte Medieval do Rio Marnel – pont pittoresk mibni fuq ix-xmara Marnel fl-1200 – u gawdi piknik rilassanti fejn ix-xmara. Il-Festival tal-Arti AgitÁgueda tal-belt huwa attrazzjoni popolari oħra, u jikkontribwixxi ħafna għall-pajsaġġ kulturali tagħha. Hu jattira diversi artisti mużikali u jippromwovi l-arti urbana billi joħloq diversi installazzjonijiet tal-arti fil-belt u fil-bini.
Mhux ’il bogħod mill-belt, f’Aveiro, tista’ tgħaddi mill-kanali fuq dgħajsa tradizzjonali tal-injam – il-moliceiro – u żżur il-qabar tal-Prinċipessa Joana – binja ferm importanti tal-irħam fi stil barokk b’ħafna kuluri.
Ġawhra moħbija fir-reġjun Spanjol ta’ Extremadura, Badajoz tinkorpora l-valuri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB) permezz tal-investiment konsistenti tagħha fir-rinnovazzjoni u r-rivitalizzazzjoni ta’ siti industrijali preċedenti. Pereżempju, il-proġett lokali LaFábrika detodalavida ngħata Premju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fil-kategorija “Spazji urbani u rurali riġenerati” għall-approċċi sostenibbli u inklużivi tiegħu.
Badajoz toffri lill-viżitaturi tagħha xi wħud mill-aktar pajsaġġi urbani u naturali li jilqgħuk. Assorbi l-kulur straordinarju kollu tal-belt waqt żjara tal-pjazez impressjonanti u l-binjiet storiċi ppreservati tajjeb tagħha. Imxi trankwillament madwar il-Plaza de San Francisco, poġġi fuq bank imżejjen bl-idejn b’madum tat-tip majolica, u imxi t-triq kollha lejn Puerta de Palmas u lura lejn ir-Rinaxximent, waqt li taqsam il-pont ta’ Puente de Palmas fuq ix-Xmara Guadiana.
U kun ċert li ma titlifx il-kapolavur urban ta’ Badajoz – il-Plaza Alta, pjazza eleganti forma ta’ kwadru rettangolari miksi b’arkati mżejna bil-motifi tradizzjonali u kkuluriti tal-Mudéjar.
L-awra vibranti u li tispikka f’kull żmien tal-belt kapitali ta’ Spanja se tispira lil kull min iżurha. Emblema ta’ modernità li għandha l-għeruq tagħha fi storja twila, Madrid tkompli timxi ’l quddiem permezz tar-rinnovazzjoni ta’ landmarks urbani. Eżempju ewlieni huwa l-CaixaForum Madrid, li qabel kien impjant tal-enerġija li issa qed jospita wirjiet tal-arti kontemporanji eċċitanti u interattivi.
Il-Kunsill Lokali ta’ Madrid reċentement qabel li jingħaqad mal-EIT Climate-KIC fil-programm Dimostratur tal-Bliet Sostenibbli u b’Saħħithom tiegħu, u b’hekk Madrid saret waħda mill-bliet bl-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet b’65% sal-2030.
Mhux ’il bogħod mill-bini aħmar tal-pjazza vivaċi ta’ Madrid, il-Plaza Mayor, fiż-żona residenzjali ta’ Carabanchel se ssib arkitettura tal-blieh li tilgħab bil-kulur u l-forma. Filwaqt li binja waħda ta’ 18-il appartament tidher qisha kubu kbir ikkulurit ta’ pixels, oħra tfakkrek f’Tetris. Proġett ta’ akkomodazzjoni pubblika f’Carabanchel juri l-użu qawwi tal-kuluri u l-ispirtu veru tal-valuri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB). Il-periti pinġew abitazzjonijiet sempliċi ta’ akkomodazzjoni pubblika b’kuluri jgħajtu differenti, skont l-idea li l-kuluri jistgħu jħallu impatt pożittiv fuq il-burdata tagħna. Ma tistax ma tkunx ispirat mill-imħuħ artistiċi u divertenti tal-periti Spanjoli u tesperjenza l-essenza tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.
Għal min iħobb il-postijiet urbani ħodor, kun ċert li tasal wasla sal-Mużew ta’ Sorolla, fejn tista’ tgawdi kemm ix-xogħlijiet tal-arti vibranti ta’ Joaquín Sorolla kif ukoll il-kwiet tal-ġonna tal-mużew. Mur mixja madwar il-Park Río ta’ Madrid, park vivaċi mimli b’monumenti storiċi, faċilitajiet ta’ divertiment u kultura f’armonija mal-bijodiversità tal-ispazju. U jekk inti artist inti stess, ħu l-opportunità biex iżżur l-organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Concomitentes, li ilha tippromwovi l-ħolqien u t-tixrid ta’ xogħlijiet tal-arti mill-2018.
Filwaqt li tħaddan bis-sħiħ l-ispirtu tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB), il-belt kostali Spanjola ta’ Barċellona hija rikka fit-trasformazzjoni sostenibbli ta’ landmaks urbani. B’diversi proġetti ppremjati fil-Premjijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tal-2021, Barċellona qed turi t-triq għal mewġa ġdida ta’ arkitettura urbana sostenibbli. Proġett kbir minn dawn huwa s-Saqaf ta’ Xfire: Ġnien Selvaġġ “Li Jżomm f’Wiċċ l-Ilma”, ibbażat fuq ir-rivitalizzazzjoni arkitettonika u l-armonija mal-ambjent.
Barċellona tospita wkoll ir-rebbieħ tal-Premju Ewropew għall-Arkitettura Kontemporanja fl-2022 – Mies van der Rohe, il-Premju Mies Van der Rohe: La Borda – akkomodazzjoni kooperattiva minn Lacol. Dan il-proġett huwa influwenzat minn bidla politika u urbana u huwa bbażat fuq għażliet soċjalment u ekonomikament sostenibbli.
L-ispirtu vibranti u inklużiv tal-belt huwa rifless bis-sħiħ f’sensiela ta’ binjiet impressjonanti li jħaddnu kemm il-kulur kif ukoll l-aċċessibbiltà. L-atmosfera akkoljenti u l-kuluri ta’ Parc Güell se jispirawk hekk kif tinnota it-taħlita flimkien tax-xogħlijiet ta’ Gaudi kemm man-natura kif ukoll mal-qalba urbana tal-belt.
Barċellona laqgħet ukoll il-modernità b’għadd ta’ binjiet effiċjenti fl-enerġija. Waħda minn dawn il-binjiet hija bla dubju t-Torre Glòries – l-ogħla skyscraper tal-belt – li jbiddel il-kulur matul il-jum hekk kif ix-xemx tgħaddi minn naħa għal oħra tal-wiċċ riflettiv tiegħu.
Cork hi t-tieni l-akbar belt fl-Irlanda, u bdiet tiżviluppa f’dawn l-aħħar ftit snin. Wara diversi proġetti madwar is-sostenibbiltà urbana, l-aċċessibbiltà u l-iżvilupp, Cork issa qed tirnexxi fuq il-valuri fundamentali tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Bis-saħħa tat-tħassib bla preċedent tagħha għall-benesseri tan-nies u tal-ambjent, il-belt irċeviet diversi premjijiet għal proġetti bħall-Pont ta’ Cavanagh, u l-gallerija tal-arti The Glucksman, gallerija modernista u mgħottija bl-injam minn barra.
Esplora n-naħa storika tal-belt u żur il-Katidral impressjonanti ta’ Saint Fin Barre, punt storiku Gotiku li ilu f’pajsaġġ aħdar sabiħ mis-seklu 12. Jew ħalli l-veduti tal-belt fil-qrib ta’ Kinsale, deskritta bħala l-aktar belt ikkulurita fl-Irlanda, iddawwal il-ġurnata tiegħek. U jekk dan mhux biżżejjed għalik, 25 minuta sewqan fix-Xlokk ta’ Cork se jieħdok f’Cobh, fejn tista’ tgawdi mixja lejn il-Katidral ta’ Saint Colman, fost djar aktar ikkuluriti u toroq vibranti.