Skip to main content
© Nico Roicke - Unsplash © Nico Roicke - Unsplash

Fejn tista’ taqsam opinjoni dwar kwistjonijiet Ewropej u internazzjonali?

L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ħadd, 04/10/2020

<p>Hemm modi differenti kif l-ideat tiegħek jistgħu jixxandru, l-aktar ovvji huma li tipparteċipa fl-elezzjonijiet u li tissieħeb fi gruppi politiċi.</p>

Mhux żmien l-elezzjoni jew jekk il-kwistjoni tiegħek mhix eżattament relatata mal-politika, hemm modi oħra kif tista' ssemma' leħnek mal-istituzzjonijiet tal-UE u dawk internazzjnali.

Il-vuċi tiegħek tista’ tinstema’ dwar diversi kwistjonijiet ta’ politika sew jekk ikunu kwistjonijiet relatati maż-żgħażagħ, sew jekk ikunu kwistjonijiet soċjali, ambjentali jew ta’ saħħa, it-trasport u d-drittijiet tal-bniedem jew ħafna aktar. Fuq il-post jew mingħajr ma tħalli l-kamra, sempliċiment agħti daqqa t’għajn lejn dawn il-postijiet kollha fejn tista’ ssemma’ leħnek.
L-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali normalment ikollhom kanali speċifiċi biex jikkonsultaw liċ-ċittadini, u f’xi każijiet, għaż-żgħażagħ b’mod speċifiku. Hawn taħt hawn xi eżempji:

  • Id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħhuwa mekkaniżmu ta’ djalogu bejn iż-żgħażagħ u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li qed iseħħ fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. Biex tingħaqad fil-proċess, tista’ tikkuntattja l-grupp ta’ ħidma nazzjonali ta’ pajjiżek jew il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ jekk pajjiżek mhuwiex elenkat.
  • Il-Kunsill tal-Ewropa: Fil-Kunsill tal-Ewropa, il-Kunsill Konsultattiv dwar iż-Żgħażagħ huwa magħmul minn 30 rappreżentant ta’ organizzazzjonijiet u networks mhux governattivi taż-żgħażagħ. Dan jipprovdi opinjonijiet u kontribut mill-NGOs taż-żgħażagħ dwar l-attivitajiet kollha fis-settur taż-żgħażagħ u jiżgura li ż-żgħażagħ ikunu involuti fl-attivitajiet l-oħra tal-Kunsill.
  • Agħti sehmek għat-tfassil tal-liġijiet tippermettilek tikkontribwixxi fil-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Kummissjoni Ewropea billi tagħti l-kontribut tiegħek fil-konsultazzjonijiet, id-diskussjonijiet u mezzi oħra. Il-Kummissjoni trid tisma' l-ideat tiegħek, tirċievi l-kritika tiegħek, u titgħallem mill-esperjenzi tiegħek.
  • Niddibattu l-Ewropa joffri pjattaforma fejn tista’ tiddibatti l-kwistjonijiet li jinteressawk mal-politiċi u l-esperti Ewropej.
  • Il-pjattaforma European Youth Ideas għandha l-għan li sservi ta' rabta bejnek u l-Parlament Ewropew. Din taħdem bħala opportunità għalik biex tipparteċipa b’mod attiv fil-ħajja demokratika Ewropea. Tista’ tissuġġerixxi l-ideat tiegħek dwar il-kwistjonijiet li l-Ewropa qed tiffaċċja llum u l-ideat tiegħek għall-Ewropa ta’ għada.
  • Il-Forum taż-Żgħażagħ tal-UNESCO jlaqqa' d-delegati żgħażagħ minn madwar id-dinja kollha biex jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom, jirriflettu u jidentifikaw it-tħassib u l-problemi komuni. Tista’ tingħaqad mal-komunità online biex tibqa’ aġġornat dwar il-fora li ġejjin.
  • Il-UNESCO MGIEP tappoġġja komunità globali taż-żgħażagħ li huma impenjati li jeqirdu l-estremiżmu vjolenti, jittrasformaw is-sistemi edukattivi u jiżviluppaw soċjetajiet aktar paċifiċi u sostenibbli. 
  • UNICEF Voices of Youth huwa post online għaż-żgħażagħ biex jitgħallmu aktar dwar kwistjonijiet li jaffettwaw id-dinja. Fuq din il-pjattaforma, żgħażagħ minn madwar id-dinja jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom, jesploraw, jiddiskutu u jieħdu azzjoni dwar problemi globali.

Ovvjament, flimkien ma’ dawk il-mezzi ta’ djalogu organizzati, tista’ tingħaqad ma’ movimenti lokali, nazzjonali u internazzjonali taż-żgħażagħ biex tiddefendi kawża, tiffirma petizzjonijiet u torganizza proġetti għaż-żgħażagħ. 

Il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ , pereżempju, u l-membri internazzjonali tiegħu, jirrappreżentaw miljuni ta’ żgħażagħ fl-Ewropa kolllha. Huma involuti fid-Djalogu tal-UE dwar iż-Żgħażagħ, proċess parteċipattiv tal-UE li jippermetti liż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, esperti, riċerkaturi u atturi rilevanti oħra tas-soċjetà ċivili billi jressqu l-ideat u l-proposti tagħhom dwar suġġetti relatati mal-politika dwar iż-żgħażagħ fl-UE. 
Għal aktar informazzjoni, ara l-artiklu tagħna dwar it-tisħib f’movimenti fost iż-żgħażagħ (internal link to be added).
Fl-aħħar nett, tista’ tkun parti minn komunità ta’ ġurnalisti u bloggers li huma attivi biex jesprimu l-fehmiet taż-żgħażagħ dwar kwistjonijiet soċjetali, kulturali u ekonomiċi. 

Global Voices Online, pereżempju, jaħdem bħala komunità internazzjonali multilingwi ta’ bloggers, ġurnalisti, tradutturi, akkademiċi u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem mid-dinja kollha. L-idea hi li tgħin lin-nies madwar id-dinja jaċċessaw u jippubblikaw informazzjoni dwar il-komunità tagħhom. Tista' tingħaqad billi tibgħat ideat jew issir awtur.
Għal aktar informazzjoni dwar modi online biex timpenja ruħek, iċċekkja l-artiklu tagħna dwar l-attiviżmu diġitali u l-ġurnaliżmu online.