© Baim Hanif - Unsplash
Il-mobbiltà ta’ studju tal-Erasmus+: kun preparat għal esperjenza li tbiddillek ħajtek!
L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ħamis, 01/10/2020
L-Erasmus+ jagħti opportunitjiet liż-żgħażagħ biex jgħaddu żmien barra pajjiżhom u jwessgħu l-orizzonti tagħhom. Hawnhekk issib xi pariri u blogs miktuba mill-istudenti tal-Erasmus+.
Qabel titlaq
Skont il-programm tal-mobbiltà tal-istudju tal-Erasmus+, tista' tqatta' bejn 3 xhur u 12-il xahar f'istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja fi kwalunkwe pajjiż parteċipant. Ara l-kundizzjonijiet hawnhekk!
Kun ċert li tistħarreġ ftit qabel ma tagħżel l-istituzzjoni ospitanti tiegħek. Jekk tħossok nieqes mill-ideat, tista’ tagħti titwila lill-għodda tal-UE U-Multirank li tqabbel l-universitajiet u taqra t-taqsima tal-blog għall-pariri, tista’ wkoll tiċċekkja siti web speċjalizzati bħal Study.eu jew iAgora għar-reċensjonijiet tal-universitajiet fl-Ewropa (u l-bqija tad-dinja) u l-feedback tal-istudenti.
Jekk intgħażilt għal skambju tal-Erasmus+, ibda pprepara billi titkellem ma' studenti mill-università tiegħek li diġà studjaw fl-istess istituzzjoni. Iċċekkja s-sit web Studja fl-Ewropa għall-pariri!
Forsi jinstema' ovvju, iżda tinsiex tkun żgur li għandek fejn toqgħod! Għal pariri dwar akkomodazzjoni għal żmien qasir (hostels, sublets, eċċ), ikklikkja hawn.
Meta tasal
Agħmel ħbieb kemm tista'! Probabbli jkun hemm kafetterija jew klabb tal-Erasmus qrib l-istituzzjoni fejn tkun qed tistudja. Ħafna drabi dawn jorganizzaw avvenimenti biex jilqgħu lill-istudenti u attivitajiet oħra – mod tajjeb kif issir taf lil sħabek l-istudenti l-oħra qabel ma tibda tistudja. Tista’ wkoll tfittex għal assoċjazzjonijiet ta’ studenti internazzjonali bħan-Network tal-Istudenti tal-Erasmus (ESN) jew l-AEGEE li jistgħu jgħinuk tintegra fil-ħajja akkademika u soċjali, kif ukoll jipprovduk b’pariri prattiċi dwar kif tgħix fil-pajjiż il-ġdid tiegħek.
Agħmel l-aħjar tiegħek biex titgħallem il-lingwa tal-lokal u ttejjeb dak li diġà taf. Tkellem man-nies tal-lokal u sir af studenti oħrajn fil-klassi tiegħek. Xi universitajiet jorganizzaw tandems tal-lingwa bejn l-istudenti b'ilsna differenti ta' minn fejn ġejjin. Hemm opzjonijiet oħrajn fosthom il-korsijiet tal-lingwa permezz tal-Apoġġ Lngwistiku Online tal-Erasmus+.
Madankollu l-programm Erasmus+ mhuwiex biss opportunità biex tiddeverti u tagħmel ħbieb ġodda. Se jkollok bżonn ukoll taħdem kemm jista’ jkun daqs li kieku qiegħed f’pajjiżek, iżda se tikseb ħafna mill-esperjenza!
Links interessanti
- Il-Portal Studja fl-Ewropa: aqra aktar dwar l-applikazzjoni għall-istudju fl-Ewropa u ħu parir dwar kif tagħżel kors.
- Il-Portal tal-UE dwar l-Immigrazzjoni: jekk tixtieq tkun taf x’dokumenti huma meħtieġa biex tidħol fil-pajjiż magħżul.
- Il-Boroż ta' studju: iċċekkja l-artiklu tagħna dwar pariri biex issib u takkwista boroż ta’ studju biex tistudja barra pajjiżek.
- L-U-Multirank: iqabbel l-universitatjiet, tista’ tiċċekkja waħda mill-klassifikazzjonijiet lesti biex tara l-punteġġ tal-università potenzjali futura tiegħek fuq diversi kriterji.
- Studja fl-Ewropa: juri universitajiet u kulleġġi, miżati għat-tagħlim u programmi ta’ baċellerat u masters f’kull pajjiż Ewropew.
- StudyPortals: għandu l-għan li jġib it-trasparenza fil-ħafna opportunitajiet ta’ studju fl-Ewropa u lil hinn minnha. Tista’ tibbrawżja l-bażi tad-data tagħhom skont il-programmi ta’ studju u skont il-pajjiż.
Kulma jibqa’ u li tippakkja u tiċċaqlaq!