Skip to main content
CoR Apply for a traineeship at the Committee of the Regions.

Traineeships fil-Kumitat tar-Reġjuni

L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ġimgħa, 18/09/2020

Kull sena, il-Kumitat tar-Reġjuni jipprovdi numru limitat ta’ żjarat ta’ studju għal żmien qasir mhux imħallsin u ta’ traineeships imħallsin, u b’hekk joffri l-opportunità li tinkiseb esperjenza ta’ xogħol fi ħdan l-istituzzjoni tiegħu.

L-istituzzjoni qed tfittex gradwati universitarji li ġejjin minn pajjiż tal-UE jew stat li hu kandidat uffiċjali għall-adeżjoni b’għarfien eċċellenti ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u għarfien sodisfaċenti tal-lingwa Franċiża jew Ingliża.

Għal dawn l-applikanti hemm żewġ tipi ta’ opportunitajiet disponibbli:

  1. Żjarat ta’ studju għal żmien qasir:
    • 1-4 xhur, li jistgħu jiġu estiżi għal 6 xhur skont ir-riżorsi disponibbli
    • Id-data tal-bidu jsir qbil dwarha mal-kandidat
    • Full time/ 40 siegħa fil-ġimgħa
    • Post tax-xogħol fi Brussell, il-Belġju
    • Mhux imħallsin, l-ispejjeż kollha li jridu jiġu koperti mill-parteċipant
    • Kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa mhux ipprovduta
    • Inkluża l-assigurazzjoni kontra l-aċċidenti

Biex tapplika ibgħat il-Curriculum Vitae tiegħek, ittra ta’ motivazzjoni, kopja tal-passaport jew tal-karta tal-identità tiegħek, kopja tad-diploma tal-Baċellerat jew ċertifikat u ssottomettihom elettronikament lil trainee@cor.europa.eu

  1. Traineeships standard
    • 5 xhur, li jibdew jew fi Frar jew f’Settembru
    • Full time / 40 siegħa fil-ġimgħa
    • Post tax-xogħol fi Brussell, il-Belġju
    • Imħallsin minn għotja (madwar €1195/fix-xahar)
    • Għażla ppreferuta bejn 3 mid-dipartimenti tal-KtR
    • Rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar
    • Skont ta’ 50% fuq il-biljett tat-trasport pubbliku
    • Assigurazzjoni fuq is-saħħa hi fakultattiva
    • Inkluża l-assigurazzjoni kontra l-aċċidenti

 

Il-perjodi ta’ applikazzjoni huma dawn li ġejjin:

    • Sessjoni tar-Rebbiegħa mis-16 ta’ Frar sal-15 ta’ Lulju
    • Perjodu ta’ applikazzjoni: mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Settembru (nofsillejl, ħin ta’ Brussell) tas-sena ta’ qabel.        
    • Sessjoni tal-Ħarifa: mis-16 ta’ Settembru sal-15 ta’ Frar
    • Perjodu ta’ applikazzjoni: mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu (nofsillejl, ħin ta’ Brussell) tal-istess sena.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet u l-proċess ta’ applikazzjoni hawnhekk.