Skip to main content
© European Union, 2019 © European Union, 2019

Lest biex tivvjaġġa fiż-żmien?

L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ġimgħa, 27/08/2021

Skopri l-passat u l-preżent tal-Ewropa bl-għajnuna taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew!

Minn dejjem xtaqt tivvjaġġa fiż-żmien? Taffaxxina ruħek bl-istejjer li sawru l-Ewropa li nafu llum? Il-patrimonju u l-istorja tal-Ewropa huma vasti u jistgħu jinstabu kullimkien fil-kontinent kollu. Iżda minn fejn taqbad tibda? Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jgħinek tiskopri u tesplora siti li għandhom valur simboliku għall-istorja Ewropea tagħna u li sawru l-kontinent kif tafu. Jekk iżżur is-siti taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew tivvjaġġa fi żminijiet differenti fil-passat, mill-bidu taċ-ċiviltà sal-Ewropa li nafu llum.

Tista’ pereżempju żżur Krapina fil-Kroazja fejn arkeologi fl-1899 sabu l-akbar numru ta’ għadam fossili tan-Neandertal fl-Ewropa. Jew tista’ tivvjaġġa lejn il-belt kapitali sabiħa tal-Portugall, Liżbona, fejn fl-1867 - bħala pijunier - il-Portugall approva l-Karta tal-Liġi tal-Abolizzjoni tal-Piena tal-Mewt li hi ppreżervata fl-Arkivji Nazzjonali ta’ Torre do Tombo. Jew, għaliex ma tmurx sas-Slovenja żżur l-Isptar Franja li l-partiġġjani Sloveni kienu jmexxu b’mod sigriet bħala parti mir-reżistenza kontra l-forzi okkupanti Nazisti fit-Tieni Gwerra Dinjija?

Kurjuż dwar vjaġġi fiż-żmien possibbli oħrajn? Fis-sit web taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew tista’ ssib lista tat-38 sit li diġà għandhom iċ-ċertifikat. Minn patrijiet b'poter kbir fiż-Żminijiet tal-Medju Evu sal-missirijiet fundaturi tal-UE, is-siti kollha joffru tieqa differenti fil-passat tagħna. Il-ħaġa li għandhom komuni dawn il-postijiet hi d-dimensjoni Ewropea tagħhom!

Tixtieq tkun taf aktar? Iċċekkja s-siti kollha f’dan il-video u ppjana l-vjaġġ tiegħek f’post fejn il-passat jiltaqa’ mal-futur!