Skip to main content
Submitted by Flora DUSSINE on
Draw lines
Yes
Color
#00ff00
Cities/Points
Name
Antwerp
Country
Il-Belġju
Population
530000
Why visit?

Fit-tmeninijiet, is-“Sitta ta’ Antwerp”, bħal sajjetta fil-bnazzi, daħlu fid-dinja tal-moda bil-viżjoni distinta u radikali tal-viżjoni tagħhom. Illum, il-wirt tagħhom jgħix fil-ModeMuseum, ta’ Antwerp, li fih xogħlijiet mis-sitt disinjaturi oriġinali. L-Akkademja Rjali tal-Arti għandha għeruq fl-istorja u l-belt għandha distrett tal-moda iddedikat bi kważi 70 tikketta żvilippata lokalment. Meta tasal f’Antwerp, se totlqtok id-dehra imponenti tal-Istazzjon Ċentrali ta’ Antwerp, li spiss jidher fuq il-listi tal-istazzjonijiet tal-ferrovija l-aktar sbieħ fid-dinja. Meta tkun fil-belt, duq xi biċċa ċikkulata min-Chocolate Nation, l-akbar mużew taċ-ċikkulata Belġjan fid-dinja.

Image
Ritratt tal-belt ta’ Antwerp
Coordinates
51.2606116,4.2176908
Tags with icon
European Capital of Culture
UNESCO World Heritage List
Historic Architecture
Rich in Music
Notable Museums
Name
Lille
Country
Franza
Population
907000
Why visit?

Qrib il-fruntiera bejn Franza u l-Belġju tinsab Lille, il-belt li tospita żewġ siti ta’ wirt dinji tal-UNESCO – inklużi l-kampnar tal-belt u l-baċir tal-minjieri Nord-Pas de Calais. Il-belt hija magħrufa għall-produzzjoni tal-bizzilla ta’ Lille, bizzilla ċkejkna ħafifa prominenti fl-industrija tal-moda fis-seklu 18. Minħabba li ntgħażlet bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura tal-2004 u l-programm ta’ wirt kulturali Lille3000 li rriżulta minn dik is-sena, il-belt saret waħda mill-aktar għażliet kulturali eċċitanti ta’ Franza f’dawn l-aħħar snin. Meta tkun fil-belt, agħti daqqa t’għajn lill-parti qadima ta’ Lille u skopri l-bosta binjiet barokki tagħha u d-djar eleganti tas-seklu 19. U ħadd m’għandu jitlef żjara lill-Palais des Beaux Arts, wieħed mill-akbar mużewijiet tal-arti fi Franza.

Image
Djar fil-belt l-antika ta’ Lille
Coordinates
50.6311298,3.0118785
Tags with icon
European Capital of Culture
Historic Architecture
Notable Museums
Name
Lyon
Country
Franza
Population
1076800
Why visit?

Lyon huwa mużew ġgant fil-beraħ. 10% tal-belt ġie ddedikat bħala Sit ta’ Patrimonju Dinji tal-UNESCO minħabba l-belt enormi tagħha antika ta’ żmien ir-Rinaxximent u l-fdalijiet tagħha li jmorru lura għall-era Rumana. Għandha wkoll tradizzjoni tal-moda qawwija u hija minn ta’ quddiem fl-industrija tal-ħarir. Il-kultura tista’ tiġi esperjenzata minn kulħadd f’Lyon, bis-saħħa ta’ programmi ta’ inklużività bħall-forniment ta’ tagħmir aċċessibbli fil-libreriji u s-servizz tax-xarabank 100% aċċessibbli. L-impenn tal-belt għall-inklużività kisbilha l-ewwel post fl-Access City Award 2018. Lyon hija magħrufa ukoll bħala l-kapitali kulinari ta’ Franza – Paul Bocuse, chef minn Lyon, magħruf għar-ristoranti ta’ kwalità għolja u l-kċina innovattiva tiegħu, kien meqjus bħala awtorità fil-kċina Franċiża. Biex tieħu togħma tal-legat tiegħu, żur waħda mill-ħafna ristoranti tradizzjonali magħrufa bħala “Bouchons Lyonnais”.
 

Image
Dehra tal-belt ta’ Lyon
Coordinates
45.7580052,4.8001107
Tags with icon
UNESCO World Heritage List
Access City Award Winner
Exciting Culinary Options
Name
Turin
Country
l-Italja
Population
858200
Why visit?

Il-cafés Art Nouveau eleganti jinsabu tul boulevards miksija bis-siġar f’din il-belt tat-Tramuntana tal-Italja. Bil-bosta galleriji tal-arti tagħha u l-firxa varjata tagħha ta’ stili arkitettoniċi, dejjem issib dehra li timpressjona. Punt ta’ bidla fil-moda Taljana – u tabilħaqq, globali, seħħ f’Turin fl-1911, meta l-Expo ta’ Turin żvelat l-ewwel par qalziet għan-nisa – imfassal mill-ħajjat Franċiż Paul Poiret – li wara ġab rivoluzzjoni fil-moda. Snajja eċċellenti u l-ħiliet tal-ħjata jiddefinixxu l-approċċ ta’ Turin għall-moda, li jiġi ċċelebrat kull sena fil-Torino Fashion Week. Titlifx il-veduti tal-belt li ma ssib imkien bħalhom li l-bini imponenti, il-Mole Antonelliana joffrilek. Binja li ħadet isem il-perit tagħha stess, Alessandro Antonelli, u oriġinarjament maħsuba biex tkun sinagoga, issa tospita l-Mużew Nazzjonali taċ-Ċinema. Dan il-bini jidher fuq il-munita Taljana taż-2 ċenteżmi.

Image
Monumenti fiċ-ċentru tal-belt f’Turin
Coordinates
45.1576203,6.8288344
Tags with icon
UNESCO World Heritage List
Rich in Music
Exciting Culinary Options
Name
Venezja
Country
l-Italja
Population
256100
Why visit?

Mibnija fuq aktar minn 100 gżira fuq il-kosta Adrijatika, Venezja spiss titqies bħala waħda mill-aktar bliet romantiċi fl-Ewropa. Tista’ tammira sekli ta’ arkitettura imponenti Venezjana, bil-meravilja tal-Basilika ta’ San Mark bħala xempju, int u miexi fit-toroq imserrpa tal-belt. Venezja, bett li ta spiss tiġi assoċjata mal-ballijiet bil-maskra elaborati, issa tospita d-dar tal-moda Taljana rinomata Roberta di Camerino, magħrufa għall-ħolqien tal-kunċett tal-handbag “It” – basket li faċilment tilmħu peress li jservi bħala status symbol għal kull min iġorr wieħed bħau. Il-belt tkompli t-tradizzjoni tagħha ta’ moda esaġerata li tisboq kull limitu fil-ħafna vetrini tal-artiġjani lokali tagħha.

Image
Gondola fuq l-ilma f’Venezja
Coordinates
45.4551712,12.2519287
Tags with icon
UNESCO World Heritage List
Historic Architecture
Exciting Culinary Options