Skip to main content

Jekk ingħatajt pass tal-ivvjaġġar iżda l-pjanijiet tiegħek inbidlu, l-unika ħaġa li tista’ tagħmel hi li tirtira l-parteċipazzjoni tiegħek (ara r-regola B.9) peress li ma tistax tittrasferixxi l-pass tal-ivvjaġġar tiegħek lil wieħed minn sħabek. Barra minn hekk, kull pass tal-ivvjaġġar hu marbut ma’ persuna individwali, ma jistax jinbidel jew jiġi ttrasferit lil persuna oħra. 

Jekk membru tal-grupp tiegħek (jew il-kap tal-grupp) jikkanċella l-pjanijiet tal-ivvjaġġar tiegħu, din id-deċiżjoni ma taffettwax lill-bqija tal-grupp. Il-bqija tal-membri tal-grupp xorta jistgħu jivvjaġġaw kif ippjanat. Il-persuna li rtirat ruħha ma tistax tiġi sostitwita. Il-pass tal-ivvjaġġar li ma ntużax se jingħata lil applikant fuq il-lista ta’ riżerva.
 

B. PROĊEDURA TAL-GĦOTI
Weight
10