Skip to main content
Submitted by Roxanne VAN DE… on
Draw lines
Yes
Color
#878687
Cities/Points
Name
Novo Mesto
Country
Is-Slovenja
Population
36000
Why visit?

Wasal iż-żmien li nieħdu l-ferrovija u nkunu ekoloġiċi! Ieqaf f’Novo Mesto fis-Slovenja. Ir-rabta tagħha man-natura influwenzat ħafna l-istorja tal-belt. Mill-kastell idilliku ta’ Otočec f’nofs gżira fix-xmara Krka sal-għoljiet ta’ Trška Gora, miżgħudin bid-dwieli u bid-djar żgħar, Novo Mesto joffri skoperti impressjonanti. Titlifx il-Breg biex tgawdi x-xeni ta’ dawn it-toroq storiċi. Jekk għejejt timxi, itla’ fuq xarabank elettrika li tnediet dan l-aħħar fil-belt. Novo Mesto għandha l-għan li ssir belt intelliġenti sal-2030. Il-belt qed taħdem ma’ Telekom Slovenije u SAP Slovenija biex tiżviluppa u tinstalla infrastruttura ta’ Belt Intelliġenti fil-belt kollha. 

Image
Novo Mesto
Coordinates
45.8036171,15.1521761
Tags with icon
Sustainable technology
Intelligent Cities Challenge
Smart city
Name
Vjenna
Country
L-Awstrija
Population
1767000
Why visit?

Willkommen in Wien!* Mill-palazzi indurati bid-deheb sar-residenti famużi tagħha (li inkludew is-surmast tal-mużika Mozart, il-pittur Klimt, u l-attur ta’ Hollywood Christoph Waltz), l-ebda vjaġġatur li qed jesplora l-Ewropa m’għandu jitlef żjara fil-belt kapitali Awstrijaka. Vjenna kienet waħda mill-finalisti tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Innovazzjoni tal-2020 u għandha l-għan li ssir belt intelliġenti sabiex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-abitanti tagħha. Biex tieħu l-massimu mill-vjaġġ tiegħek fi Vjenna, iddawlowdja l-app Ivie u staqsi l-mistoqsijiet kollha tiegħek lill-app city chatbot. Se tkun tista’ wkoll tgawdi l-veduti tas-siti li żżur grazzi għall-Vienna Pass li se jagħtik aċċess bla ħlas għal aktar minn 60 mużew, sit u attrazzjoni fi Vjenna. U jekk tħobb il-pittur Klimt, żur il-Wien Museum biex tammira l-akbar kollezzjoni tal-pitturi tiegħu. 

Image
Vjenna
Coordinates
48.2205564,16.0929904
Tags with icon
City app
European Capital of Innovation
City app
Name
Brno
Country
Il-Kroazja
Population
380000
Why visit?

Il-laqam tad-destinazzjoni li jmiss tiegħek huwa “Vjenna iż-Żgħira”. Tista’ taqta’ fejn hi? Imsejħa wkoll “Il-Qalb Mistura tal-Ewropa”, Brno se taħjik bl-arkitettura neo-Rinaxximentali, il-kastelli li tistħajjilhom ħerġin mir-rakkonti u l-Lag Brno sabiħ tagħha. Meta tkun qed iżżur din il-belt romantika Ċeka, mur fuq is-sala antika muniċipali u gawdi b’xejn il-veduti li jaqtgħulek nifsek. Ħu pawża u kafè fil-pjazza wiesgħa ta’ Náměstí Svobody, bil-bini neo-Rinaxximentali kkulurit tagħha. Il-belt nediet il-kunċett tagħha ta’ Belt Intelliġenti fl-2015 biex tintroduċi network tat-trasport intelliġenti, modi aktar effiċjenti biex issaħħan u ddawwal il-bini, u tiffaċilita l-involviment diġitali bejn iċ-ċittadini u l-gvern. 

Image
Brno
Coordinates
49.2021611,16.5079211
Tags with icon
Smart city
Intelligent Cities Challenge
City app
Name
Košice
Country
Is-Slovakja
Population
239000
Why visit?

Qed tfittex destinazzjoni artistika? Żid Kosice mal-itinerarju ta’ DiscoverEU tiegħek! Košice, li tinsab fl-aktar parti tal-Lvant tas-Slovakkja, hija Belt Kreattiva tal-Arti Diġitali tal-UNESCO u taġixxi bħala ċentru globali għall-professjonisti tal-arti diġitali. L-istatus tal-belt bħala hotspot innovattiva għall-arti diġitali qed jissaħħaħ permezz ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE bħal Košice 2.0, li għandu l-għan li jappoġġja proġetti sperimentali ta’ żvilupp urban sostenibbli fis-setturi diġitali u teknoloġiċi. Diment li għadek f’Košice, imxi tul it-triq ta’ Hrnčiarska, magħrufa wkoll bħala l-“Korsija tal-Artiġjanat”. Ħafna nies tas-sengħa lokali għandhom ħwienet li jibigħu l-għasel, ir-rakkmu, il-prodotti moħmija, il-fuħħar, u anke ħxejjex aromatiċi lokali f’din it-triq ħelwa magħmula minn blokok tal-ġebel, li jagħmluha l-post perfett għax-xiri ta’ souvenir.

Image
Kosice
Coordinates
48.6975566,21.0991104
Tags with icon
Startup hotspot
City app
Sustainable technology
Name
Debrecen
Country
L-Ungerija
Population
202000
Why visit?

Hemm ħafna x’tara f’Debrecen! Dawn huma xi raġunijiet għaliex għandek iżżid din il-belt Ungeriża mal-vjaġġ tiegħek ta’ DiscoverEU. Din it-tieni l-akbar belt fl-Ungerija tinsab fil-Pjanura l-Kbira tat-Tramuntana u toffri ħafna spazji ekoloġiċi. Il-Park ta’ Nagyerdei huwa rifuġju ta’ sliem b’boskijiet, mogħdijiet tal-pajsaġġ, xogħlijiet tal-arti fuq barra u mogħdijiet għaċ-ċikliżmu. Debrecen għandha l-għan li timplimenta bis-sħiħ sistema intelliġenti ta’ ġestjoni tal-enerġija biex jitnaqqsu l-emissjonijiet b’80% sal-2050. Waqt li tkun hemm, oqgħod attent għall-kodiċijiet QR li jispikkaw fil-belt kollha li jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar it-turiżmu, ħu vantaġġ mill-WiFi bla ħlas fil-belt kollha u fuq it-trammijiet, u żomm l-apparat tiegħek iċċarġjat bi żjara fl-Energy Mushroom, punt tal-iċċarġjar li jaħdem bix-xemx fiċ-ċentru tal-belt. 

Image
Debrecen
Coordinates
47.5310609,21.5200997
Tags with icon
Sustainable technology
Free public charging
Free public Wi-Fi
Name
Cluj-Napoca
Country
Ir-Rumanija
Population
323000
Why visit?

Post manifiku ta’ min iżuru, Cluj-Napoca toffri pjazez sbieħ, toroq moħbija, kafetteriji straordinarji u ħajja vivaċi. Il-belt Rumena ġiet rikonoxxuta bħala l-Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ 2015 u l-ewwel belt tal-Ewropa tal-Lvant li waslet sal-istadju finali tal-Premju tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Innovazzjoni 2020. Il-belt għandha network ta’ 18-il hotspot tal-WiFi bla ħlas li se jkunu konvenjenti biex jew tfittex xi traduzzjonijiet ta’ manjieri tajbin jew issib triqtek fiċ-ċentru tal-belt. Waqt li tkun fi Cluj, ħu ftit taż-żmien biex tirrilassa f’benniena tal-Park Ċentrali tagħha, żur il-Park Etnografiku Romulus Vuia biex titgħallem aktar dwar l-Istorja Transilvanjana, u tħallat mal-istudenti lokali f’wieħed mill-bars vivaċi ta’ Triq Piezișă. 

Image
Cluj-Napoca
Coordinates
46.7834818,23.5464729
Tags with icon
Free public Wi-Fi
European Capital of Innovation
City app