Skip to main content
Submitted by Roxanne VAN DE… on
Draw lines
Yes
Color
#147168
Cities/Points
Name
Cluj-Napoca
Country
Ir-Rumanija
Population
323000
Why visit?

Belt ta’ min iżurha, Cluj-Napoca toffri pjazez sbieħ, toroq moħbija, kafetteriji straordinarji u ħajja sabiħa. Il-belt Rumena ġiet rikonoxxuta bħala l-Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ 2015 u l-ewwel belt tal-Ewropa tal-Lvant li rnexxielha tasal fl-istadju finali tal-Premju tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Innovazzjoni 2020. Il-belt għandha network ta’ 18-il hotspot tal-WiFi bla ħlas li se jkunulek konvenjenti biex tfittex xi traduzzjonijiet ta’ manjieri tajbin jew biex issib triqtek fiċ-ċentru tal-belt. Waqt li tkun fi Cluj, ħu ftit taż-żmien biex tirrilassa f’benniena tal-Park Ċentrali tagħha, żur il-Park Etnografiku Romulus Vuia biex titgħallem aktar dwar l-Istorja Transilvanjana, u tħallat ma’ studenti lokali f’wieħed mill-bars vividi ta’ Triq Piezișă. 

Image
Cluj-Napoca
Coordinates
46.7834818,23.5464729
Tags with icon
Free public Wi-Fi
Digital public services
European Capital of Innovation
Name
Alba Iulia
Country
Ir-Rumanija
Population
75000
Why visit?

Alba Iulia hi l-ewwel belt intelliġenti tar-Rumanija. Bis-saħħa tal-innovazzjoni, il-belt qed issir aktar sostenibbli. Alba Iulia diġà naqqset il-konsum tal-enerġija tagħha bis-saħħa ta’ soluzzjonijiet tal-immaniġġjar tad-dawl pubbliku. Bħala viżitatur ta’ din il-belt storika, se tkun tista’ tgawdi WiFi bla ħlas permezz ta’ aktar minn 228 punt ta’ aċċess fil-belt u 15 oħra fuq it-trasport pubbliku. Biex tikseb l-aħjar parir dwar l-attività waqt li tkun hemm, iddawnlowdja l-app Visit Alba Iulia! Titlifx iċ-Changing of the Guard fiċ-Ċittadella ta’ Alba Carolina, u waqt li tkun qed tippassiġġa fil-belt, agħmel ħbieb mal-istatwi. Iċ-Ċittadella hi mimlija statwi tal-bronż tal-abitanti ta’ Alba Iulia murijin f’każijiet differenti tal-ħajja twila tagħhom. Mela, għal memorji dejjiema, ħu kemm tiflaħ ritratti!
 
 

Image
Alba Iulia
Coordinates
46.0616789,23.5229834
Tags with icon
City app
Sustainable technology
Free public Wi-Fi
Name
Craiova
Country
Ir-Rumanija
Population
303000
Why visit?

Craiova, fir-Rumanija, għandha taħlita unika ta’ arti, arkitettura u etnografija. Diġà 3 raġunijiet validi biex tieqaf hemm! F’din il-belt rikka f’binjiet maestiżi, se ssib ħafna minnhom mibnijin bl-istil arkitettorali uniku ta’ Brâncovenesc. Il-mużew tal-Arti juri xogħlijiet artistiċi tal-iskultur Constantin Brâncuși. Waqt li tkun fi Craiova, kun ċert li ma titlifx il-Funtana Mużikali! U għal mixja twila fl-oażi ħadra tal-belt, iċċekkja l-Park Nicolae Romanescu. Filwaqt li impenjat ruħha li ssir belt aktar ekoloġika, Craiova bħalissa qed timplimenta firxa ta’ inizjattivi intelliġenti. Il-belt diġà tibbenefika minn sistemi ta’ dawl LED u hi mistennija li tkompli żżid magħhom sal-2025. 

Image
Craiova
Coordinates
44.3232634,23.7366253
Tags with icon
City app
Smart city
Sustainable technology
Name
Vidin
Country
Il-Bulgarija
Population
43000
Why visit?

Qatt smajt dwar Vidin? Din il-belt portwarja fil-Majjistral tal-Bulgarija u l-ħafna attrazzjonijiet tagħha żgur li jistħoqqilhom waqfa! Waqt li tkun Vidin, titlifx il-fortizza u s-swar Medjevali ta’ Baba Vida. Il-Proto Bulgari bnew dan il-monument mis-seklu 10 sas-seklu 13, u hu wieħed mill-aħħar fortizzi tal-Proto Bulgari intatti li fadal. Illum, il-muniċipalità qed tkompli tieħu ħsieb il-binjiet tagħha u hi impenjata għall-proġett MAKING-CITY tal-Programm Orizzont 2020 tal-UE. Din l-inizjattiva għandha l-għan li turi kif is-sistemi tal-enerġija urbani jistgħu jiġu ttrasformati b’mod effettiv fi bliet intelliġenti u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Dan se jinvolvi l-modifika retroattiva ta’ bini residenzjali filwaqt li jimmassimizza l-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’Vidin.

Image
Vidin
Coordinates
43.9796808,22.8423547
Tags with icon
Sustainable technology
Smart city
Name
Sofija
Country
Il-Bulgarija
Population
1236000
Why visit?

Il-yoghurt hu l-unika ħaġa li taf dwar il-Bulgarija? Jekk iva, ħu kuċċarina fil-backpack tiegħek u ħu kemm tiflaħ ritratti f’Sofija! Il-belt kapitali tal-Bulgarija hi mimlija affarijiet eċċitanti biex tara, tipprova u tiekol! Filwaqt li tkun f’Sofija, nirrakkomandawlek tagħmel tour tal-ikel bla ħlas mal-kumpanija Balkan bites. Hekk kif tippassiġġa f’din il-belt sabiħa, se tieqaf f’ħames ħwienet u ristoranti differenti biex titgħallem dwar l-uniċità tal-ikel Bulgaru. U jekk tippreferi tiskopri l-belt waħdek, iddawnlowdja l-mappa interattiva ta’ Sofija! Il-kapitali Bulgara tinsab fi triqitha biex issir belt intelliġenti. Sofija pparteċipat fl-inizjattiva l-Isfida tal-Bliet Diġitali tal-Kummissjoni Ewropea biex toħloq iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tal-Big Data l-ġdid tagħha. Il-kapitali installat ukoll 22 punt ta’ aċċess wireless ta’ kwalità għolja, li jipprovdu sa 100 Mbit/s ta’ Wi-Fi bla ħlas. 

Image
Sofija
Coordinates
42.695537,23.2539071
Tags with icon
City app
Intelligent Cities Challenge
Free public Wi-Fi
Name
Thessaloniki
Country
Il-Greċja
Population
315000
Why visit?

Mogħtija fl-imgħoddi t-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, Tessaloniki għandha taħlita unika ta’ karatteristiċi storiċi, tradizzjonijiet kulturali u kċina b’togħma tajba. Se tilħaq tnejn mill-attrazzjonijiet li m’għandhomx jintilfu tal-belt mill-inħawi tal-waterfront: it-Torri l-Abjad u s-Sala tal-Kunċerti. Passiġġata tul il-kosta hi ukoll il-post perfett biex tammira nżul ix-xemx impressjonanti. Għal dawk li jħobbu l-ferroviji, nirrakkomandaw li żżur iċ-Ċimiterju tal-Ferrovija ta’ Tessaloniki. Waqt li tkun fil-belt, se taċċessa l-WiFi bla ħlas f’16-il hotspot. Il-Muniċipalità ta’ Tessaloniki għandha l-għan li ssir aktar innovattiva. Hi impenjata għal inizjattiva kontinwa biex tiddiġitalizza s-servizzi pubbliċi tagħha. Il-belt Griega nediet pjattaforma ċivika għaċ-ċittadini biex jippreżentaw l-isfidi ffaċċjati mill-komunità lokali. 

Image
Thessaloniki
Coordinates
40.6212524,22.9110079
Tags with icon
Free public Wi-Fi
Intelligent Cities Challenge
City app
Digital public services
Name
Ateni
Country
Il-Greċja
Population
664000
Why visit?

Kont taf li Ateni kienet l-ewwel belt kapitali fl-Ewropa? Ilhom joqogħdu b’mod kontinwu n-nies fil-belt 3,000 sena q.K. Għalkemm f’din il-belt Griega l-istorja hi sinifikanti, din mhix l-unika raġuni għaliex għandek tieqaf hemm. Wara li żżur l-Akropoli li mhux ta’ min jitilfu u l-Partenon tiegħu, imxi lejn Plaka. Iċ-ċentru storiku, li fih ma jitħallewx jidħlu karozzi, hu l-post perfett fejn wieħed jista’ jdur u jgawdi il-gost tal-ikel u x-xorb Grieg. Minkejja l-għeruq antiki tagħha, Ateni hi belt moderna ħafna. Din ingħatat l-isem tal-Kapitali Ewropea tal-Innovazzjoni 2018. Bl-App tas-Sistema tal-Karozzi tal-Linja u l-App tal-Metro ta’ Ateni, taċċessa b’mod diġitali r-rotot urbani kollha tiegħek. Ateni għandha diversi inizjattivi diġitali għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid imfasslin biex jixprunaw l-innovazzjonijiet ta’ bliet intelliġenti. 

Image
Ateni
Coordinates
37.9908997,23.70332
Tags with icon
European Capital of Innovation
City app
Startup hotspot