Skip to main content
Submitted by Lovepreet KAUR on
Draw lines
Yes
Color
#8e056c
Cities/Points
Name
Liżbona
Country
Il-Portugall
Population
505000
Why visit?

Merħba f’waħda mill-aktar bliet kapitali konnessi fl-Ewropa! Liżbona hi famuża għall-għoljiet pittureski tagħha, u waħda mill-esperjenzi li mhux ta’ min jitlifhom hu li tirkeb wieħed mit-28 tramm isfar jgħajjat tal-belt. Tinsiex issib il-ħin tippassiġġa madwar id-distrett ta’ Mouraria u tgawdi l-arti tat-triq lokali. Ieqaf f’ħanut tal-pasti biex tipprova l-pastéis de nata delizzjużi bil-custard magħmul mill-krema tal-bajd bil-kannella u bit-trab taz-zokkor. Wara nofsinhar, aqbad it-triq lejn Castelo de São Jorge tas-seklu 11 biex tikseb l-aħjar veduti fuq il-belt fi nżul ix-xemx. Il-“belt tad-dawl” kienet ir-rebbieħa tal-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika Ewropea tal-2020. Parti minn dan il-premju kien dovut għall-istrateġija ta’ bliet intelliġenti ta’ Liżbona li tippilota distretti effiċjenti fl-użu tal-enerġija, network intelliġenti tad-dawl tat-toroq, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettroniċi u pjattaforma diġitizzata tat-trasport pubbliku, fost proġetti oħrajn ta’ innovazzjoni.

Image
Liżbona
Coordinates
38.7436883,-9.1952226
Tags with icon
Smart city
Sustainable technology
Startup hotspot
Name
Badajoz
Country
Spanja
Population
150500
Why visit?

Xi jħajrek iżżurha? Badajoz bla dubju mhix l-ewwel belt Spanjola li se tisma’ dwarha, iżda għandha ħafna x’toffri. Għalhekk, nirrakkomandawlek li l-belt tiżdied mal-itinerarju ta’ DiscoverEU tiegħek. Il-prossimità tagħha mal-fruntiera Portugiża dejjem immarkat lil Badajoz. Il-belt Spanjola hi mimlija teżori arkitettorali mwasslin mill-wirt multikulturali tagħha. Passiġġata madwar id-distrett storiku tiżvelalek is-swar Għarab, monumenti li jqanqluk kif ukoll toroq u loġoġ pittoreski. Minn La Alcazaba, iċ-ċittadella antika tal-Mori, se tkun tista’ tgawdi veduti inkredibbli tal-belt! Il-belt storika hi impenjata li ssir intelliġenti. Hi stabbilixxiet servizzi innovattivi fil-bliet kollha, inklużi l-immaniġġjar intelliġenti tal-iskart u l-immaniġġjar intelliġenti taċ-ċiklu tal-ilma

Image
Badajoz
Coordinates
38.8794122,-7.0051887
Tags with icon
Smart city
Sustainable technology
Name
Madrid
Country
Spanja
Population
3183000
Why visit?

Xi jħajrek iżżurha? Minn mużewijiet famużi fid-dinja għal ħwienet vivivaċi ta’ billejl, Madrid toffri ħafna għażliet għat-tipi kollha ta’ viżitaturi. Waqt li tkun f’Madrid, mur bil-mixi sal-Plaza Mayor, punt storiku arkitettorali li kien il-punt tat-tluq tal-modernizzazzjoni ta’ Madrid mir-Re Filippu II fis-seklu 16. Ħdejha hemm waħda mill-aktar partijiet traffikużi tal-belt, il-pjazza pubblika Puerta del Sol. Jekk qed tfittex il-kwiet, il-Parque del Buen Retiro maestuż jinsab ukoll fil-qrib għal passiġġata u ftit serħan. Meta tkun f’Madrid, se tkun tista’ tuża punti tal-iċċarġjar tal-mobile bla ħlas fil-metro u WiFi bla ħlas fuq kull karozza tal-linja intercity. Jekk tkun f’burdata li tara xogħlijiet tal-arti, nirrakkomandawlek tmur fil-Mużew Prado u tgawdi minn esperjenza ta’ realtà virtwali bi 360 grad. Dan jippermettilek toqrob mill-qrib lejn ix-xogħlijiet tal-arti u l-artefatti aktar minn qatt qabel!

Image
Madrid
Coordinates
40.4381311,-3.8196194
Tags with icon
Free public Wi-Fi
Free public charging
Name
Bilbao
Country
Spanja
Population
350000
Why visit?

Lesti ruħek biex tieqaf f’waħda mill-aktar bliet intelliġenti fid-dinja: Bilbao! Meta żżur il-belt, se tkun tista’ tikkonnettja ma’ wieħed mill-200 hotspot tal-WiFi bla ħlas tagħha. Ħu gost tidħol fil-qalba kulturali tagħha bi żjara fil-Mużew Guggenheim u ċ-Ċentru Azkuna u sib l-aħjar “pintxos” għall-ikel fil-belt! Bilbao hi wkoll waħda mill-aktar bliet avant-garde ta’ Spanja. Hi impenjat ruħha b’mod uniku li tiddefendi l-valuri umani bl-objettivi ta’ bliet intelliġenti. Fl-2018, Bilbao ppubblikat iċ-Charter tal-Valuri tagħha, li tistabbilixxi l-aspirazzjonijiet tagħha dwar il-promozzjoni tal-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-inklużjoni fid-diversità. Fl-2013, Bilbao rċeviet wkoll referenza speċjali għall-aċċessibbiltà, minħabba diversi inizjattivi bħal sit web aċċessibbli ċċertifikat b’mod indipendenti u servizzi ta’ videokonferenza għall-utenti tal-lingwa tas-sinjali. 

Image
Bilbao
Coordinates
43.2633807,-2.9685839
Tags with icon
Free public Wi-Fi
Smart city
Name
Bordeaux
Country
Franza
Population
635780
Why visit?

Filwaqt li ħafna jiġu f’Bordeaux għall-inbid, hemm ħafna aktar fil-Port tal-Qamar! F’din il-belt Franċiża tal-Lbiċ, se tkun kapaċi dduq ikel fantastiku, tagħmel xiri mill-aqwa, tesperjenza xena divertenti ta’ ħajja ta’ billejl u aktar. Waqt li tkun f’Bordeaux, se tkun tista’ taċċess il-WiFi bla ħlas, fornut fiċ-ċentru tal-belt kollu. Ikkonnettja miegħu u segwi t-tour tal-arti tat-toroq fil-viċinat ta’ Chartrons bl-ismartphone tiegħek! Mill-2017 ’l hawn, il-belt Franċiża skjerat l-internet tal-oġġetti biex tkun aktar innovattiva u aktar sostenibbli, u biex ittejjeb is-servizzi pubbliċi tagħha, bħad-dawl intelliġenti, l-immaniġġjar tal-iskart u l-mobbiltà. Fl-aħħar nett nediet applikazzjoni intelliġenti tat-traffiku biex tgħin iċ-ċirkolazzjoni u tnaqqas ir-riskji ta’ aċċidenti u t-tniġġis.

Image
Bordeaux
Coordinates
44.8637733,-0.6210314
Tags with icon
Free public Wi-Fi
Digital public services
Name
Nantes
Country
Franza
Population
441000
Why visit?

Sorprendenti ta’ vera imma se tara iljunfant f’Nantes! Dan l-annimal ikoniku sar simbolu tal-belt. Iġbed lejn “Machines de l’Île” biex tarah u ppassiġġa tul il-Loire biex iżżur lil “Hangar à Bananes”. Imbagħad fittex ftit ħdura billi żżur lil “Jardin des Plantes” biex tiskopri l-iskulturi sorprendenti u s-serra tal-Wirjiet. Kompli fil-belt l-qadima u għaddi miċ-ċentru kummerċjali impressjonanti tal-Passage Pommeraye. Għalkemm Nantes hi belt storika, hi ssemmiet il-Kapitali Ewropea għall-Innovazzjoni tal-2019. Hi impenjata li twettaq it-trasformazzjoni diġitali tan-negozji. Il-“Belt tad-Dukijiet” issa tgħin fl-avvanz tal-innovazzjoni fil-belt kollha. Waqt li tkun f’Nantes, iddawnlowdja l-app “Nantes dans ma poche” biex tikseb l-informazzjoni lokali utli kollha. Il-belt kisbet ukoll it-tieni post fil-Premju Access City fl-2013 għall-approċċ tagħha biex Nantes isir aċċessibbli għal kulħadd u varjetà ta’ attivitajiet biex titqajjem kuxjenza dwar l-aċċessibbiltà fil-ħajja ta’ kuljum. 

Image
Nantes
Coordinates
47.238328,-1.630374
Tags with icon
European Capital of Innovation
City app
Startup hotspot
Name
Il-Belt tal-Lussemburgu
Country
Il-Lussemburgu
Population
115000
Why visit?

Merħba fl-uniku Gran Dukat sovran tad-dinja! Il-Belt tal-Lussemburgu hi taħlita ħelwa ta’ sempliċità u lussu antiki u moderni, lokali u globali. Imxi madwar il-belt l-antika, fis-sqaqien dojoq u li jserrpu. Din iż-żona hi eċċellenti biex wieħed igawdi veduti spettakolari tal-bini storiku u l-pontijiet tal-ġebel tal-belt tul ix-xmara, u l-fortizza l-antika bil-ħitan oriġinali tal-Belt tal-Lussemburgu. Il-Belt tal-Lussemburgu għandha sistema tat-trasport pubbliku eċċellenti li tinkludi diversi innovazzjonijiet għall-persuni b’diżabbiltà, li għenuha tirbaħ l-ewwel post tal-Premju Access City għall-2022. Il-Belt tal-Lussemburgu nediet l-app tal-belt tagħha fl-2020, u pprovdiet informazzjoni mal-belt kollha, bħall-ħinijiet tal-karozzi tal-linja, l-ispazju għall-parking u d-disponibbiltà tar-roti pubbliċi filwaqt li tippermetti lill-utenti jinteraġixxu mal-uffiċjali. Użaha biex tasal sal-passaġġ għar-roti sospiż taħt il-famuż Pont Adolphe!

Image
Il-Lussemburgu
Coordinates
49.6076553,6.1007649
Tags with icon
Digital public services
City app
Access City Award Winner