Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà hu programm ta’ finanzjament tal-Unjoni Ewropea li joħloq opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jagħmlu volontarjat u jmexxu l-proġetti ta’ solidarjetà tagħhom stess li jkunu ta’ benefiċċju għall-komunitajiet fl-Ewropa kollha.
Dan kien tħabbar mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, matul id-diskors annwali tal-Istat tal-Unjoni Ewropea f’Settembru 2016, u tnieda uffiċjalment f’Diċembru 2016. Aktar informazzjoni
Wara t-tlestija ta’ proċess sempliċi ta’ reġistrazzjoni, il-parteċipanti jistgħu jintgħażlu biex jingħaqdu f’firxa wiesgħa ta’ proġetti. Dawn il-proġetti se jitmexxew minn organizzazzjonijiet li ġew iċċekkjati u awtorizzati li jmexxu proġetti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
