Skip to main content
Submitted by Olivia-Eliza C… on
Draw lines
Yes
Color
#00d9d9
Cities/Points
Name
Vaduz
Country
il-Liechtenstein
Population
5700
Why visit?

Il-belt kapitali tal-Liechtenstein, Vaduz, hi belt idillika li fiha toqgħod il-familja tal-prinċep tal-Liechtenstein. L-aktar punt prominenti tagħha hu l-Kastell ta’ Vaduz, li jiddomina l-belt fuq terrazzin tal-blat. Għalkemm il-kastell mhux miftuħ għall-pubbliku, il-mogħdija serena mal-għolja hi premju fiha nfisha. Il-Kunstmuseum Liechtenstein hu l-mużew tal-istat tal-arti moderna u kontemporanja. Tlesta fis-sena 2000, il-bini monolitiku juri kumplessità strutturali u sempliċità diskreta, fil-forma ta’ “kaxxa sewda” imponenti ta’ konkrit ikkulurit u ġebel bażalt skur.

Image
Vaduz
Coordinates
47.1427529,9.5086904
Tags with icon
Historic Architecture
Notable Museums
Walkable City
Name
Salzburg
Country
L-Awstrija
Population
157880
Why visit?

Eżattament mal-fruntiera tal-Ġermanja u b’dehriet spettakolari tal-Alpi tal-Lvant hemm Salzburg, belt ta’ kultura klassika Awstrijaka. Hi l-post tat-twelid ta’ Wolfgang Amadeus Mozart, li d-dar tiegħu f’9 Getreidegasse issa hi mużew li juri ħajtu u l-karriera tiegħu. Salzburg kellha wkoll varjetà ta’ pitturi differenti – minn Hans Makart, wieħed mill-influwenzi ewlenin ta’ Gustav Klimt, sa Tina Blondell, artista pijuniera kontemporanja. Minn sistemi ta’ gwida għal persuni għomja għal aċċess bla ħlas għal parking għal sewwieqa b’diżabbiltà, il-belt taħdem ma’ persuni b’diżabbiltà biex tiżgura li tkun inklużiva kemm jista’ jkun – inizjattiva li wasslet biex Salzburg tirbaħ l-ewwel post fil-Premju Access City 2012. Meta tkun fil-belt, ipprepara ż-żraben tal-mixi tiegħek u itla’ bil-mixi l-muntanja Festungsberg biex iżżur Hohensalzburg, l-akbar fortizza intatta tal-Ewropa Ċentrali.

Image
Salzburg
Coordinates
47.802904,12.9863905
Tags with icon
UNESCO World Heritage List
Access City Award Winner
Historic Architecture
Rich in Music
Plenty of Nature
Name
Klagenfurt
Country
L-Awstrija
Population
103000
Why visit?

Mal-għerq tal-muntanja Kreuzbergl hemm Klagenfurt, belt b’ħajja kulturali vibranti u diversa. Mużewijiet bħas-Stadtgalerie Klagenfurt u l-Mużew tal-Arti Moderna huma kkumplementati minn numru kbir ta’ galleriji privati u spazji tal-arti. Għal dawk li jħobbu l-arti, is-Sala tal-Emblema fil-Gallerija Landhaus, b’665 emblema miżbugħa b’mod preċiż, żgur ta’ min iżurha! Aqbad ferrovija ta’ siegħa lejn il-Punent ta’ Klagenfurt u ssib it-Torri ta’ Pyramidenkogel, l-ogħla torri tal-injam fid-dinja, li minnu tista’ tammira l-madwar pittoresk tal-Alpi. M’intix ħerqan li tinżel it-taraġ kollu lura? Tista’ tevitah u minflok titla’ fuq iż-żurżieqa twila 120 metru għal rotta aktar veloċi.

Image
Klagenfurt
Coordinates
46.6414215,14.2427155
Tags with icon
Rich in Music
Notable Museums
Plenty of Nature
Name
Nova Gorica
Country
Is-Slovenja
Population
31700
Why visit?

Meta tasal fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Nova Gorica, tista’ taqsam il-fruntiera b’mod involontarju lejn l-Italja, peress li l-belt Slovena bilkemm hi ħames minuti bil-mixi minn Gorizia, il-kontroparti Taljana tagħha. Nova Gorica, li nbniet fil-bidu tas-snin 1950, hi belt żagħżugħa – iżda l-Gallerija tal-Belt tagħha kibret f’wieħed mill-aktar spazji tal-arti kontemporanja ta’ profil għoli fir-reġjun ta’ Goriška. Il-belt Slovena se tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2025 u se tinvolvi lill-belt oħt tagħha Gorizia lil hinn mill-fruntiera fl-Italja fiċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena li jaqgħu taħt it-titlu. Int u tterraq fit-toroq, se tara eżempji ewlenin ta’ arkitettura modernista, li tista’ tqabbilha ma’ dehra storika tar-reġjun jekk iżżur il-Mużew ta’ Goriška. Tinsiex taqbad ferrovija li taqsam il-Pont Sokan – wieħed mill-itwal pontijiet ferrovjarji tal-ġebel fid-dinja – biex tara d-dehriet impressjonanti tal-madwar.

Image
Nova Gorica
Coordinates
45.9563244,13.6392581
Tags with icon
European Capital of Culture
Plenty of Nature
Walkable City
Name
Ljubljana
Country
Is-Slovenja
Population
289500
Why visit?

Il-kapitali Slovena nbidlet f’hotspot ekoloġika f’dawn l-aħħar għaxar snin, b’toroq pedonali li jagħmlu liċ-ċentru tal-belt pjaċevoli biex tesplorah bil-mixi. L-akbar kollezzjoni tal-arti viżiva tas-Slovenja tinsab fil-Gallerija Nazzjonali, filwaqt li l-Mużew tal-Arti Moderna jospita l-arti Slovena tas-sekli 19 u 20. Ljubljana qed tappoġġja lil dawk b’diżabbiltà jew kwistjonijiet ta’ mobbiltà fil-pjan ta’ azzjoni tagħha “Ljubljana: Aċċessibbli għal kulħadd.” B’riżultat ta’ dan, il-belt ġiet rikonoxxuta diversi drabi fil-Premju Access City; b’referenza speċjali fl-2012, fit-tielet post fl-2015 u t-tieni post fl-2018. Titlifx vjaġġ lejn il-kastell ikoniku li jinsab fuq l-għolja f’nofs il-belt – se titpaxxa bil-veduta ġenerali tal-biċċa l-kbira ta’ Ljubljana, kif ukoll tal-muntanji tal-madwar.

Image
Ljubljana
Coordinates
46.0662151,14.4620595
Tags with icon
UNESCO World Heritage List
Great for Performance Arts
Plenty of Nature
Walkable City
European Heritage Label