Skip to main content
Submitted by Elisavet KOZAKOU on
Draw lines
No
Color
#fea415
Cities/Points
Name
Nikosija
Country
Ċipru
Population
241000
Why visit?

Qed tfittex esperjenza Mediterranja verament notevoli? Taħsibx iżżejjed u żid Nikosija mal-vjaġġ tiegħek ta’ DiscoverEU! Il-kapitali Ċiprijotta hi l-aktar kapitali fix-Xlokk tal-Istati Membri kollha tal-UE u ilhom jgħixu n-nies fiha kontinwament għal aktar minn 4,500 sena. Din toffri pajsaġġi sbieħ, kċina delizzjuża u xena kulturali vibranti. Dak kollu li għandek bżonn għal qabża fantastika! Meta tkun Nikosija, tinsiex tmur passiġġata madwar il-Park Nazzjonali enormi ta’ Athalassa jew ingħaqad maċ-Ċiprijotti biex tieħu kafè f’taverna lokali. B’għeruq tajbin fit-tradizzjonijiet tagħha, Nikosija hi impenjata wkoll li ssir belt (aktar) intelliġenti. Il-Muniċipalità nediet l-inizjattiva tagħha dwar il-Bliet Intelliġenti fl-2018 u bħalissa qed tinstalla wireless network mingħajr ħlas bis-saħħa tal-finanzjament tal-Kummissjoni Ewropea.

Image
Nikosija
Coordinates
35.1923176,33.362297
Tags with icon
Smart city
Free public Wi-Fi
City app
Name
Valletta
Country
Malta
Population
224000
Why visit?

Magħżula bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018 u sit ta’ Patrimonju Dinji tal-UNESCO, il-Kapitali Maltija Valletta hi teżor. Meta tkun hemm, mur sal-Ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq għall-ħabta ta’ nofsinhar biex tara d-dimostrazzjoni ta’ kuljum tal-isparar tal-kanuni li forsi hi l-eqdem artillerija ta’ salut fid-dinja, li għadha taħdem. Dan ilu jseħħ għal sekli sħaħ. U jekk qed tfittex mod tajjeb biex tara l-belt, aqbad waħda mill-Malta Fun Trains. Minn quddiem il-Katidral ta’ San Ġwann, tieħdok fuq vjaġġ ta’ 30 minuta, minn ġo postijiet li ma jirnexxilekx tmur fihom bil-mixi. Biex tiffamiljarizza ruħek aħjar mal-Belt Valletta ikseb aġġornamenti fuq il-programm kulturali tagħha, billi tuża l-hubs ta’ informazzjoni stabbiliti fil-belt.

Image
Valletta
Coordinates
35.8984892,14.5087768
Tags with icon
Digital public services
Sustainable technology
Name
Dublin
Country
L-Irlanda
Population
516000
Why visit?

Dublin hi l-qalb tħabbat tal-Irlanda, fejn kulħadd jintlaqa’ tajjeb bħal ħabib antik. Mela, għaliex ma tiqafx waqfa hemm? Titlifx il-Kastell Medjevali ta’ Dublin u mur passiġġata sa Howth Cliff u ikseb ħarsa mill-bogħod tal-Bajja ta’ Dublin minn naħa għal oħra. Għal aktar avventura u veduti epiċi, aqbad waħda mill-ferroviji li jmexxu l-kosta kollha tal-belt Irlandiża. Malli jidlam, mur sa Whelan’s pub, il-venue ikonika ta’ Dublin biex tara gig. Dublin ġiet rikonoxxuta dan l-aħħar bħala waħda mill-ibliet l-aktar intelliġenti tad-dinja. Waqt li tkun fil-belt kapitali Irlandiża, se tkun tista’ terġa’ tiċċarġja l-batteriji tiegħek fuq l-attrezzaturi intelliġenti tat-triq, li jinkludu ports integrati tal-iċċarġjar bl-enerġija tax-xemx tal-mobiles u r-roti elettriċi, WiFi, spazju ta’ reklamar diġitali, u sistemi ta’ llokkjar għar-roti intelliġenti. Dublin għandha l-ewwel network tat-tip 5G li jeżisti li juża l-attrazzaturi tat-toroq — bħal laned taż-żibel u arbli — biex jiżgura li kulħadd fil-belt ikun konness aħjar. Dublin għamlet ukoll passi ’l quddiem fil-qasam tal-aċċessibbiltà, u kisbet referenza speċjali mill-Premju Access City fl-2011.

Image
Dublin
Coordinates
53.3244427,-6.3861288
Tags with icon
Smart city
Free public charging
Free public Wi-Fi
Name
Rejkjavik
Country
L-Islanda
Population
130000
Why visit?

Il-kapitali li fid-dinja tinsab l-aktar lejn it-Tramuntana hi wkoll waħda mill-aqwa bliet għall-vjaġġaturi bis-saħħa tax-xena kulturali tagħha, il-ħajja ta’ billejl, u s-sbuħijiet naturali li faċilment tagħti aċċess għalihom! Tista’ tibda l-vjaġġ tiegħek bid-dehra impressjonanti ta’ 360° fuq il-belt kollha mill-parti ta’ fuq tal-Knisja Hallgrímskirkja, il-knisja bi stil espressjonist togħla fuq iċ-ċentru tal-belt. Minn hemm, imxi lejn is-Sala tal-Kunċerti u l-Konferenzi ikonika ta’ Harpa, u gawdi l-arkitettura impressjonanti tagħha. Dawk li jħobbu x-xiri m’għandhomx jitilfu mixja f’Laugavegur, waħda mill-eqdem toroq fil-belt, id-dar ta’ ħafna ħwienet, ristoranti u ħwienet tax-xorb. Jista’ jkun li tkun trid tieqaf hemm ukoll biex idduq il-delikatezzi lokali, inkluż il-hákarl, kelb il-baħar iffermentat, u tgawdi l-lejl fi wħud mill-aktar bars popolari tal-belt. U wara lejl barra għaliex ma tiċċarġjax il-batterija f’waħda mill-ħafna nixxigħat ġeotermali? Tinkwetax għat-trasport: tista’ sempliċement tuża l-mobile tiegħek biex tieħu l-karozza tal-linja! Dan hu biss wieħed mill-modi kif din il-belt intelliġenti qed tuża t-teknoloġija tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni u tat-telekomunikazzjoni biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja b’mod sostenibbli. Barra minn hekk, l-awtoritajiet lokali rabtu lid-dipartimenti muniċipali, inklużi l-utilitajiet pubbliċi, biex itejbu l-effiċjenza, u t-teknoloġija diġitali qed tintuża biex tiġi sfruttata l-enerġija ġeotermali biex il-belt tuża l-elettriku b’mod ekoloġiku.

Image
Reykjavik
Coordinates
64.1333893,-22.123025
Tags with icon
Paperless tickets
Smart city
Digital public services
City app