Skip to main content
Submitted by Beatriz RODRIG… on
Draw lines
Yes
Color
#8FCDAA
Cities/Points
Name
Lyon
Icon on Map
Country
Franza
Population
1066000
Why visit?

Il-mogħdija għaċ-ċiklisti ViaRhôna, li hija twila 815-il km, tgħaddi minn Lyon u toffri lill-vjaġġaturi tad-DiscoverEU l-opportunità li jesploraw in-Nofsinhar ta’ Franza b’mod sostenibbli fuq żewġ roti. Il-mogħdija għaċ-ċiklisti ssegwi x-xmara Rhône u tgħaddi minn widien u minn ġonna tas-siġar taż-żebbuġ, mil-Lag ta’ Ġinevra sa Lyon u, eventwalment, sax-xtajtiet Mediterranji ta’ Franza. Jekk ikollok xi ħin waranofsinhar li ma tkunx taf kif se tqattgħu, għax ma taqbadx din il-mogħdija biex tiskopri s-sbuħija tar-reġjun?

Image
Lyon
Coordinates
45.7579433,4.7939307
Tags with icon
Green ways of getting around
Bicycle-friendly
Name
Turin
Icon on Map
Country
l-Italja
Population
887000
Why visit?

Turin tilqa’ l-mistednin tagħha b’taħlita unika u impressjonanti ta’ arkitettura, arti, storja, u ikel – xi trid aħjar minn hekk? Bħala finalista tal-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa 2022, il-belt għandha ħafna affarijiet ekoloġiċi x’tara u x’tagħmel. Il-Parco Naturale della Collina di Superga huwa park tan-Natura 2000 protett mill-UE li joffri veduta unika tal-belt u tal-Alpi lil hinn minnha. Il-park fih mhux biss pjanti u annimali li huma uniċi għal dan ir-reġjun tal-Italja – li tista’ tara aktar minnhom fil-Mużew Reġjonali tax-Xjenza Naturali fiċ-ċentru tal-belt – imma wkoll il-Bażilika ta’ Superga, knisja barokka unika li hija l-post fejn huma midfunin ħafna membri tal-Familja Rjali ta’ Savoja. Hemm diversi mogħdijiet għall-mixi li mill-belt iwassluk sal-bażilika, inklużi s-Sentiero 28, 29, u 61, jew inkella tista’ tuża l-ferrovija inklinata li twasslek direttament sal-quċċata. Agħżel ir-rotta tiegħek, ħu l-ikel għal piknik, u gawdi l-veduti!

Image
Turin
Coordinates
45.0734753,7.5931905
Tags with icon
Plenty of parks
Green ways of getting around
Climate Neutral 2030
Name
Rijeka
Icon on Map
Country
Il-Kroazja
Population
120000
Why visit?

Bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura tal-2020 – titlu li qasmitu ma’ Galway fl-Irlanda – din il-belt kostali Kroata toffri lill-vjaġġaturi li qed jesploraw ix-Xlokk tal-Ewropa ħafna x’jaraw u x’jagħmlu. Ir-reġjun fit-Tramuntana tal-belt huwa Gorski Kotar – magħruf ukoll bħala “l-pulmuni ħodor tal-Kroazja” – li huwa mimli b’foresti selvaġġi, muntanji mhux għoljin ħafna, u lagi sereni. Bħala sit magħżul tan-Natura 2000, il-ħajja selvaġġa taż-żona hija protetta mill-UE. Il-vjaġġaturi tad-DiscoverEU jistgħu jesploraw il-kanjon tax-xmara Kupa jew jirkbu dgħajsa għall-kwiet f’wieħed mill-lagi tar-reġjun.

Image
Rijeka
Coordinates
45.3457151,14.3490458
Tags with icon
Plenty of parks
Wonderful for wildlife
Name
Ljubljana
Icon on Map
Country
Is-Slovenja
Population
289000
Why visit?

Il-kapitali Slovena, Ljubljana, tiddeskrivi lilha nnifisha bħala “belt b’ruħ ekoloġika”. Ljubljana ngħatat it-titlu tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa fl-2016 u fl-aħħar 10 snin inbidlet f’ċentru ekoloġiku billi naqqset l-enfasi fuq l-ivvjaġġar bil-karozza u, minflok, ippromwoviet il-pedonalizzazzjoni u l-użu tar-rota. Tliet kwarti tal-belt huma ddedikati għal parks, ġonna, u spazji ħodor oħrajn – kun ċert li titla’ sal-quċċata tal-għolja tal-kastell biex tikseb l-aħjar veduta ta’ din il-belt ħadra. Il-belt ħawlet ukoll aktar minn 2,000 siġra f’10 snin, u assenjat parti minn foresta lokali biex tassorbi d-dijossidu tal-karbonju żejjed.

Image
Ljubljana
Coordinates
46.0660877,14.4496985
Tags with icon
European Green Capital
Plenty of parks
History lovers
Climate Neutral 2030
Name
Vjenna
Icon on Map
Country
L-Awstrija
Population
1767000
Why visit?

Bil-palazzi indurati u bir-residenti famużi tagħha (li kienu jinkludu l-ġenju mużikali Mozart, id-duo tad-drum and bass Camo & Krooked, u l-istilla ta’ Hollywood Christoph Waltz), il-belt kapitali Awstrijaka ta’ Vjenna hija żjara obbligatorja għal kwalunkwe vjaġġatur li jkun qed jesplora l-Ewropa. Il-belt għandha ’l fuq minn 2,000 park u ġnien, li tista’ żżurhom fil-kumdità tiegħek billi tagħmel użu mill-1,400km ta’ mogħdijiet għaċ-ċiklisti li hemm fil-belt. Għall-vjaġġaturi aktar avventurużi, il-Wienerwald, żona ta’ msaġar protetta mill-UE bħala sit tan-Natura 2000, ukoll ma tinsabx ’il bogħod.

Image
Vjenna
Coordinates
48.2201153,16.2148354
Tags with icon
European Green Leaf Award winner
Plenty of parks
Bicycle-friendly
Name
Znojmo
Icon on Map
Country
Ir-Repubblika Ċeka
Population
114000
Why visit?

Il-belt ta’ Znojmo qiegħda fuq l-għoljiet qrib il-Park Nazzjonali stupend ta’ Podyjí. Il-park ikopri 63 kilometru kwadru u fih 77 speċi ta’ pjanti u 152 speċi ta’ għasafar. Lill-vjaġġaturi avventurużi tad-DiscoverEU jinteressahom li jkunu jafu li fil-park hemm ukoll għadd ta’ fdalijiet, inkluż il-kastell ta’ Nový Hrádek, li għadu ppreservat tajjeb. Bħala sit magħżul tan-Natura 2000, l-UE pproteġiet iż-żona biex tiżgura li ġenerazzjonijiet ta’ esploraturi jkunu jistgħu jgawdu l-mixjiet tul il-mogħdijiet mimlijin blat tal-park.

Image
Znojmo
Coordinates
48.8565618,15.9791504
Tags with icon
Wonderful for wildlife
History lovers