Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

#EUSolidarityCorps Kompetizzjoni tar-Ritratti – Termini u Kundizzjonijiet

Ħu sehem fil-kompetizzjoni tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u jkollok iċ-ċans li tirbaħ kitt promozzjonali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Il-mistoqsija ċentrali tal-kompetizzjoni tagħna għat-tielet sensiela hi:

 

Liema kien il-mument maġiku tiegħek tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà meta kont qed taħdem mal-anzjani?

 

Urina x’esplorajt u xi skoprejt u esperjenzajt matul l-attività tiegħek tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u tista’ tkun wieħed mir-rebbieħa fortunati tagħna!

 

Kif taħdem?

Il-kompetizzjoni se ssir kull xahar. It-tielet sensiela se tiftaħ mill-1 ta’ Frar sat-28 ta’ Frar 2019.

Biex tieħu sehem fil-kompetizzjoni, segwi dawn il-5 passi:

1.      Mur fuq https://europa.eu/youth/solidarity_mt

2.      Agħmel il-login bil-kredenzjali tiegħek tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

3.      Applowdja sa ħames ritratti. Kull ritratt għandu jkollu riżoluzzjoni ta’ mill-inqas 600 dpi.

4.      Kun ċert li għandek il-kunsens tal-persuni kollha fir-ritratt

5.      Agħti spjegazzjoni qasira dwar ir-ritratt, għaliex jirrappreżenta l-mument maġiku tiegħek mal-anzjani

Jekk jogħġbok innota li qed infittxu ritratti li jirrappreżentaw l-ideali, il-valuri u l-ispirtu veru tal-Krop Ewropew ta’ Solidarjetà (iċċekkja l-missjoni u l-prinċipji tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà hawn taħt).


Ir-ritratti tiegħek se jintwerew fil-gallerija pubblika immedjatament wara li tippreżentahom. It-tim tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jirriżerva d-dritt li jimmodera l-kontribuzzjonijiet u jneħħi kwalunkwe preżentazzjoni meqjusa mhux xierqa mingħajr ma tiġi infurmat. 

Jekk ir-ritratti tiegħek jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn fuq, tista’ tkun wieħed mir-rebbieħa ta’ kull xahar ta’ #EUSolidarityCorps !

 

Kif se jintgħażlu r-rebbieħa?

Il-kompetizzjoni hija miftuħa għal kull minn hu kreattiv u ispirati mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà li għandu bejn 18 u 30 sena u li rreġistra fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Ġurija professjonali li tinkludi esperti mill-oqsma tal-fotografija u tal-midja soċjali se jagħżlu l-ħames ritratti rebbieħa. Tirbaħ l-entrata l-aktar oriġinali u kreattiva mil-lat viżwali.

 

Se jintgħażlu sa ħames rebbieħa fortunati  kull xahar, li jfisser li tista’ tkun ir-rebbieħ għal Diċembru 2018, Jannar 2019, Frar 2019 u Marzu 2019!

Ir-rebbieħ ta’ kull xahar se jiġi kkuntattjat bl-email mit-tim tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, li qed jimmaniġġja l-premjijiet għal din il-kompetizzjoni f’isem il-Kummissjoni Ewropea. Il-parteċipanti għandhom joqogħdu attenti għall-emails li jaslulhom u jaraw li jirrispondu fi żmien sebat ijiem ta’ xogħol għall-emails li jibgħat it-tim. Jekk ma jkunx hemm tweġiba, se jintgħażel parteċipant ieħor bħala rebbieħ. L-ismijiet tar-rebbieħa ta’ kull sensiela se jitħabbru fix-xahar ta’ wara s-sensiela rispettiva fuq xi wħud minn dawn il-pjattaformi tal-midja soċjali jew fuqhom kollha: Facebook, Twitter, LinkedIn, u Instagram.

 

X’inhuma l-premjijiet?

Sa ħames rebbieħa kull xahar se jingħataw kitt promozzjonali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. ​Barra minn hekk, se jintgħażel ritratt tax-xahar bħala r-rebbieħ tax-xahar. Il-persuna li tippreżenta r-ritratt rebbieħ tax-xahar, se tiġi mistiedna għall-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ fi Brussell (29 – 30 ta’ April 2019). Ingħaqad ma’ madwar 800 żagħżugħ u żagħżugħa għal esperjenza eċċitanti fil-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ fi Brussell. Dalwaqt se ssib il-programm fil-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ.

 

Tajjeb li tkun taf...

Kun oriġinali. Trid tkun l-awtur u s-sid uniku tad-drittijiet tal-awtur tar-ritratt li tkun ippreżentajt.

Il-protezzjoni tad-data personali hija importanti għall-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha. Għalhekk:

  1. Tiħux ritratti ta’ persuni privati mingħar il-kunsens tagħhom.Fil-każ ta’ tfal staqsi lill-ġenituri għal permess.
  2. Kun ċert li tippreżenta l-kunsens bil-miktub għall-pubblikazzjoni ta’ dawk li jidhru fir-ritratti fis-sit web ta’ Instagram, Twitter, Facebook tal-Kummissjoni Ewropea u tal-organizzazzjonijiet multiplikaturi bħal aġenziji nazzjonali, Eurodesk, SALTO eċċ. fil-kuntest tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
  3. Żomm f’moħħok, li

         a) għandek iżżomm dawn il-formoli/ittri  ta’ kunsens f’post sikur għall-perjodu tal-kompetizzjoni sa 6 xhur jew sakemm tirċievi messaġġ personali minn qabel mill-korp organizattiv, li jiddikjara li int ħieles minn dan l-obbligu, li effettivament għandu l-għan li jipproteġi LILEK minn klejms f’isem wieħed mir-ritratti tiegħek.

       b) il-parteċipanti tar-ritratt rebbieħ biss se jintalbu jiffirmaw aktar tard separatament il-formola ta’ awtorizzazzjoni u ta’ liċenzji tas-Servizz Awdjoviżiv tal-Kummissjoni Ewropea għal depożitu tar-ritratti fl-Arkivju tar-Ritratti tas-Servizzi Awdjoviżivi.

 

    - Awtorizzazzjoni għall-adulti:  adult_authorisation.doc

   

   - Awtorizzazzjoni għall-minuri: minor_authorisation.doc

 

    - Liċenzja tar-ritratt:  photo_licence.doc

 

Teditjax iżżejjed. Huma aċċettabbli cropping, korrezzjoni tal-kulur u rtukkjar bażiċi. L-effetti speċjali, l-immaġnijiet iġġenerati mill-kompjuter u modifiki estensivi oħrajn għandhom jiġu evitati.

Aħseb fis-sikurezza. Tpoġġix lilek innifsek jew lil oħrajn fil-periklu meta tieħu r-ritratt tiegħek.

 

Iċċekkja l-missjoni u l-prinċipji tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:

  • Missjoni:

           - Inlaqqgħu ż-żgħażagħ flimkien biex jibnu soċjetà aktar inklużiva;

           - Nappoġġjaw il-persuni vulnerabbli;

           - Inwieġbu għall-isfidi tas-soċjetà.

  • Prinċipji:

         - Inħaddnu l-valuri tas-solidarjetà, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem, u nemmnu fil-promozzjoni ta’ soċjetà ġusta u ugwali li fiha jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza;

         - Nistinkaw biex insaħħu s-solidarjetà bejn in-nies madwar l-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha, filwaqt li nirrispettaw il-kulturi u t-tradizzjonijiet tagħhom, bl-għan li nibnu komunità ta’ responsabbiltajiet maqsuma u appoġġ reċiproku;

         - Lesti li nagħtu kontribut ġenwin lis-soċjetà u nuru solidarjetà, kooperazzjoni u ftehim reċiproku;

 

 

Hemm limitu ta’ ħames ritratti fix-xahar li tista’ tippreżenta. Jekk jogħġbok kun af li tista’ biss tirbaħ premju wieħed biss fix-xahar fil-kompetizzjoni #EUSolidarityCorps .

Mill-portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà inti tista’ titlob li jitneħħew ir-ritratti mit-tim tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Għandna d-dritt niskwalifikaw kwalunkwe ritratt jekk għandna raġuni biex nemmnu li ma segwejtx ir-regoli tal-kompetizzjoni.

Billi jipparteċipaw fil-kompetizzjoni, #EUSolidarityCorps  il-parteċipanti tar-ritratti rebbieħa jagħtu l-kunsens lill-Kummissjoni Ewropea, biex tuża r-ritratti tagħhom għal skopijiet ta’ pubbliċità u komunikazzjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew għall-eżistenza tal-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u għall-programmi suċċessuri tiegħu.

Din il-kompetizzjoni bl-ebda mod mhi sponsorjata, approvata jew amministrata minn Facebook, LinkedIn, Instagram jew Twitter. Min jipparteċipa jillibera lil Facebook, LinkedIn, Instagram u Twitter minn kwalunkwe tip ta’ responsabilità fir-rigward ta’ din il-kompetizzjoni.

L-organizzatur jirriżerva d-dritt li jbiddel jew jissostitwixxi l-premjijiet tal-kompetizzjoni u/jew jimmodifika r-regoli u r-regolamenti tal-kompetizzjoni kif u meta meħtieġ, mingħajr avviż minn qabel.

Meta parteċipant jissottometti ritratt għall-kompetizzjoni, se jitqies li aċċetta u qabel li jkun marbut mir-regoli u r-regolamenti tal-kompetizzjoni.