L-objettiv speċifiku ewlieni tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà kif deskritt fl-Artikolu 3 “huwa li jipprovdi liż-żgħażagħ, inkluż liż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet, opportunitajiet faċilment aċċessibbli għall-involviment f’attivitajiet ta’ solidarjetà li jwasslu għal bidliet soċjetali pożittivi fl-Unjoni u lil hinn minnha, filwaqt li jtejjeb u jivvalida kif xieraq il-kompetenzi tagħhom, kif ukoll jiffaċilita l-involviment kontinwu tagħhom bħala ċittadini attivi”.
Bħala parti mill-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, wara l-mobilizzazzjoni tagħhom, il-voluntiera taħt il-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja se jibbenefikaw ukoll mill-Youthpass, l-għodda ta’ rikonoxximent żviluppata għall-proġetti kkompletati fil-programmi Ewropej taż-żgħażagħ, li tintuża b’mod wiesa’ fl-UE.
