Verifika tal-eliġibbiltà
Insellmulek!
Grazzi talli bdejt il-proċess biex issir parteċipant tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.
Qabel ma tkompli, nitolbuk twieġeb dawn il-mistoqsijiet biex tikkonferma li taqbel u li se żżomm mal-Missjoni u l-Prinċipji tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u li inti eliġibbli biex tidħol fih.
Biex tirreġistra għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jrid ikollok ’il fuq minn 17 sena (ma tistax tibda proġett qabel ma tkun għalaqt it-18-il sena). Barra minn hekk, trid tkun toqgħod legalment f’pajjiż tal-UE, jew f’wieħed mill-pajjiżi mhux tal-UE li ġejjin: L-Albanija, l-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eġittu, il-Georgia, l-Iżlanda, Iżrael, il-Ġordan, il-Kosovo, il-Libanu, il-Libja, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Marokk, il-Moldova, il-Montenegro, in-Norveġja, il-Palestina, ir-Russja, is-Serbja, is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija, u l-Ukrajna.
Jekk tintgħażel għal proġett tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà se tiġi mitlub tipprovdi prova dokumentata li inti eliġibbli tingħaqad fl-attività li ġejt magħżul għaliha.
Il-missjoni u l-prinċipji tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
Huwa importanti li l-parteċipanti kollha tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jkunu jafu x’inhuma l-Missjoni u l-Prinċipji tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u jaqblu li jirrispettawhom.
Il-missjoni tagħna
Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jlaqqa’ flimkien liż-żgħażagħ biex tinbena soċjetà aktar inklużiva li tappoġġja lill-persuni vulnerabbli u li tindirizza l-isfidi tas-soċjetà. Joffri esperjenza ta’ ispirazzjoni u li ssaħħaħ liż-żgħażagħ li jridu jgħinu, jitgħallmu, u jiżviluppaw.
Aqra l-missjoni u l-prinċipji tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
