Skip to main content
©  CoWomen - Unsplash © CoWomen - Unsplash

Xogħol f'pajjiż Ewropew ieħor

L-aħħar aġġornament sar fi It-Tnejn, 24/03/2025

Kemm jekk għadek kif iggradwajt u kemm jekk diġà għandek esperjenza ta' xogħol f'pajjiżek, tista' tagħmel karriera kull fejn trid fl-Ewropa – jekk int lest li tmur tgħix f’pajjiż ieħor.

Minbarra l-benefiċċji professjonali, xogħol barra minn pajjiżek jista' jipprovdik b’ħiliet personali u għarfien kulturali ġodda, inkluż li titgħallem lingwa ġdida. Bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE, int għandek id-dritt li taħdem – mingħajr il-ħtieġa għall-permess tax-xogħol – fi kwalunkwe pajjiz tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera. Madankollu, dejjem ikun hemm ċerti kundizzjonijiet li tajjeb tkun taf bihom meta tmur taħdem u tgħix f'pajjiż ieħor. 

6 passi biex taħdem fl-Ewropa

Il-EURES, il-portal Ewropew dwar il-Mobbiltà fix-Xogħol, għandu xi suġġerimenti utli dwar l-aktar 6 passi importanti fil-proċess li ssib xogħol barra minn pajjiżek – mit-tiftix ta' postijiet vakanti sa kif tissetilja fil-pajjiż ġdid tiegħek.

Opportunitajiet ta' riċerka

Jekk int aktar interessat li tagħmel riċerka akkademika barra minn pajjiżek, tista' ssir taf aktar dwar EURAXESS – Riċerkaturi attivi.

Iċċekkja d-differenzi bejn il-pajjiżi

Meta tapplika, kun ċert li tikkunsidra d-differenzi nazzjonali bejn il-pajjiżi, pereżempju fir-rigward tal-prattiki tar-reklutaġġ. Meta tfittex xogħol f’pajjiż ieħor jinvolvi aktar minn sempliċement tittraduċi s-CV tiegħek.

Se tiċċaqlaq minn pajjiżek

Li ssib post ta’ residenza mhux dejjem faċli, is-sigriet hu li tibda kmieni qabel iż-żmien. Fejn u kif tfittex post biex tgħix fih jiddependi ħafna mill-pajjiż jew belt li tmur biex toqgħod fiha, għalhekk hu importanti li takkwista informazzjoni lokali. Toqgħodx taħsibha kkuntattja lill-Multiplikatur tal-Eurodesk għal aktar appoġġ lokali. Meta tgħix barra pajjiżek, hu wkoll importanti li tikkuntattja l-ambaxxata lokali ta' pajjiżek, billi hi tista’ tgħinek ukoll.

L-Ewropa Tiegħek tagħtik l-informazzjoni kollha meħtieġa minnek dwar drittijietek u dmirijietek meta tgħix f'pajjiż differenti. Jekk qed tistudja, taħdem jew għadek qed tfittex impjieg, jeżistu affarijiet li għandek bżonn tagħmel meta tiċċaqlaq lejn pajjiż differenti.

Kommunitajiet ta’ espatrijati

Aktarx li m’intix l-uniku barrani li qed tgħix fil-belt ġdida tiegħek. Hemm diversi gruppi ta' persuni li jgħixu barra pajjiżhom madwar id-dinja li jistgħu jgħinuk issib akkomodazzjoni, impjiegi, għamara, avvenimenti u bosta pariri utli oħrajn bħal:

  • Just Landed: agħżel pajjiż u tkun konness ma' espatrijati oħrajn u skopri dak li jeħtieġlek biex tgħix barra pajjiżek.
  • InterNations: sib espatrijati oħrajn f'aktar minn 420 belt mad-dinja kollha. Ikseb pariri prattiċi u għajnuna biex tiltaqgħu flimkien offline fl-avvenimenti u l-attivitajiet li jsiru ta' kull xahar. 

Tista' ssib ukoll bosta komunitajiet oħrajn bħal dawk fuq Facebook, f’Couchsurfing jew f’Meet-Up, kemm tfittex il-belt li se tmur toqgħod fiha.

Għal aktar pariri, jekk jogħġbok ħossok liberu li tikkuntattja wieħed mill-uffiċjali tal-Eurodesk fl-Ewropa kollha.