Skip to main content
Submitted by Olivia-Eliza C… on
Draw lines
Yes
Color
#8b0000
Cities/Points
Name
Niš
Country
is-Serbja
Population
260000
Why visit?

Lil atturi magħrufa, Niš tathom simbolikament iċ-ċavetta għall-belt bħala parti mill-Festival tal-Films ta’ Niš, li jsir fl-arja aperta tal-Amfiteatru tal-Fortizza ta’ Niš. Siti notevoli f’Niš jinkludu t-Torri tal-Irjus ta’ Skeletri – struttura tal-ġebel inkorporata b’58 ras ta’ skeletru. It-torri, tifkira makabra tal-Ewwel Rewwixta Serba fl-1809, huwa simbolu tal-indipendenza Serba u parti ewlenija tal-identità nazzjonali. Jekk tħobbu l-istorja, titlifx is-sit arkeoloġiku ta’ Mediana – il-post fejn twieled l-Imperatur Ruman, Konstantinu l-Kbir.

Image
Niš
Coordinates
43.316238,21.85834
Tags with icon
Historic Architecture
Exciting Culinary Options
Walkable City
Name
Skopje
Country
il-Maċedonja ta’ Fuq
Population
488100
Why visit?

Il-belt kapitali tal-Maċedonja ta’ Fuq hija teżor tal-kultura tal-Balkani. Il-film huwa parti importanti mill-patrimonju ta’ din il-belt u dan jidher – Skopje tospita diversi festivals tal-films matul is-sena, li jvarjaw mill-Festival Internazzjonali tal-Films KineNova sal-Festival tal-Films Filosofiċi. Bil-mixi għaddi mill-belt storika u ntilef fost il-ħwienet artiġjanali tradizzjonali tal-Bazaar il-Qadim affaxxinanti, wieħed mill-akbar swieq tal-istat tal-Balkani. Minn hemm, kun ċert li żżur il-Pont tal-Ġebel, wieħed mis-simboli ewlenin tal-belt, mibni fis-seklu 15 fuq pedamenti Rumani.

Image
Skopje
Coordinates
41.9991487,21.3898709
Tags with icon
Historic Architecture
Notable Museums
Plenty of Nature
Name
Bitola
Country
il-Maċedonja ta’ Fuq
Population
74600
Why visit?

Forsi smajt bl-aħwa Franċiżi Lumière bħala l-missirijiet taċ-ċinema, iżda probabbilment inti inqas familjari mal-pijunieri kontemporanji tagħhom – Yanaki u Milton Manaki. Id-duo ffilmjaw l-ewwel films tal-Balkani f’Bitola ftit snin wara li sar l-ewwel film Lumière. Huma introduċew ukoll il-kamera tal-films Bioscope 300 fil-pajjiż. Illum il-ġurnata, il-patrimonju tagħhom jgħix fil-Manaki Brothers International Cinematographers Film Festival, l-ewwel u l-eqdem festival iddedikat għaċ-ċinematografi. Meta tkun fil-belt, mur mixja sa Shirok Sokak, triq pedonali twila kilometru miżgħuda b’bini Neo-klassiku fuq kull naħa. Agħmel bħan-nies tal-lokal u ieqaf f’waħda mill-ħafna kafetteriji biex idduq tazza iced coffee fuq it-terrazzin, speċjalment jekk ikun is-sajf!

Image
Bitola
Coordinates
41.0258341,21.3110759
Tags with icon
Rich in Music
Great for Performance Arts
Walkable City
Name
Thessaloniki
Country
Il-Greċja
Population
315000
Why visit?

Il-ħlewwa kostali idillika Mediterranja ta’ Tessaloniki għamilha il-belt favorita ta’ diretturi li qed ifittxu postijiet għall-iffilmjar mhux tas-soltu. Films bħal “UlyssesGaze” tal-1995, bil-pateċipazzjoni ta’ Harvey Keitel u blockbusters ta’ Hollywood inklużi “The excedables 4” tal-2022, bil-parteċipazzjoni ta’ Sylvester Stallone u Jason Statham, inħadmu f’din il-belt portwali. Għal dawk li jħobbu l-films mhux fittizji, Tessaloniki tospsita wkoll festival internazzjonali ta’ films dokumentarji. Mal-kosta tal-baħar, tista’ ssib ukoll il-Mużew taċ-Ċinema ta’ Tessaloniki li juri l-istorja tal-films Griegi.

Image
Thessaloniki
Coordinates
40.6212524,22.9110079
Tags with icon
European Capital of Culture
UNESCO World Heritage List
Rich in Music
Exciting Culinary Options
Name
Elefsina
Country
Il-Greċja
Population
30000
Why visit?

Elefsina għandha passat glorjuż – hija l-aktar magħrufa bħala s-sit tal-Misteri ta’ Elewsi, wieħed mill-aktar avvenimenti reliġjużi famużi tar-reliġjon tal-Greċja Antika, u l-post tat-twelid ta’ Eskilu, wieħed mill-aktar kittieba magħrufa tal-Greċja ta’ traġedja u drama. Il-Festival ta’ Aeschylia, ċelebrazzjoni tal-films, il-mużika u t-teatru li ssir kull sajf f’fabbrika industrijali preċedenti, huwa wieħed mill-aktar festivals influwenti tal-Greċja. Elefsina għandha wkoll ċinema fil-beraħ u tospita l-Festival tal-Films fl-Arja Aperta ta’ Ateni f’Ġunju. Bħala l-belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2023, Elefsina se tiffoka fuq ir-rabtiet bejn l-istorja tagħha, il-poplu tagħha, l-ambjent, u l-belt innifisha.

Image
Elefsina
Coordinates
38.0497174,23.5216009
Tags with icon
European Capital of Culture
Historic Architecture
Plenty of Nature
Walkable City