L-ispejjeż li ġejjin huma inklużi: assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, akkomodazzjoni, sussistenza jew kwalunkwe spejjeż oħra relatati mal-vjaġġ?
Le. L-inizjattiva ma tinkludi l-ebda assigurazzjoni tal-ivvjaġġar. Il-kopertura tal-assigurazzjoni hija r-responsabilità unika tal-parteċipant. Barra minn hekk, l-akkomodazzjoni, is-sussistenza, is-supplimenti tal-ivvjaġġar li jitħallsu matul il-vjaġġ jew kwalunkwe spejjeż oħra relatati mal-vjaġġ għandhom jiġu koperti mill-parteċipanti.
Il-parteċipanti għandhom jiksbu assigurazzjoni tas-saħħa u tal-ivvjaġġar xierqa għall-vjaġġ kollu. Kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa bażika normalment hija pprovduta mill-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tal-parteċipant matul is-soġġorn tiegħu f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Karta tal-Assigurazzjoni Ewropea. Madankollu, il-kopertura tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea jew l-assigurazzjoni tas-saħħa privata għandu mnejn ma tinkludix il-każijiet kollha possibbli, speċjalment jekk ikunu meħtieġa ripatrijazzjoni jew intervent mediku speċifiku. F’dan il-każ, assigurazzjoni privata komplementari hija rakkomandabbli.