Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jikkonsisti minn żgħażagħ li jirreġistraw l-interess tagħhom li jipparteċipaw fi proġetti relatati mas-solidarjetà, u li jaqblu u jżommu mal-Missjoni u l-Prinċipji tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Meta tirreġistra, id-dettalji tiegħek se jinżammu mis-sistema tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, u l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jfittxu fil-bażi tad-data għan-nies għall-proġetti tagħhom. L-organizzazzjonijiet imbagħad jitolbu lill-parteċipanti magħżulin biex jingħaqdu f’dawn il-proġetti.

L-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għal finanzjament għall-proġetti tagħhom u wara li jiġu approvati l-proġetti tagħhom, dawn l-organizzazzjonijiet jkunu jistgħu jaċċessaw il-lista ta’ parteċipanti biex jagħżlu liż-żgħażagħ l-aktar adatti biex jingħaqdu fil-proġetti tagħhom. L-organizzazzjonijiet imbagħad jikkuntattjaw lir-rekluti potenzjali u jagħmlu għażla finali.

L-organizzazzjonijiet kollha se jiġu ċċekkjati qabel ma jkunu awtorizzati li jmexxu proġetti għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, u qabel ma jingħataw il-permess li jfittxu u jirreklutaw il-parteċipanti għall-proġetti tagħhom.

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
Weight
10