Konkors tal-Kanzunetti #EUSolidarityCorps “Il-kanzunetta tiegħi tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà”
Oħroġ il-maġija tiegħek tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fil-kanzunetta tiegħek!
Ħu sehem fil-Konkors tal-Kanzunetti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u jkollok iċ-ċans li tirbaħ kit promozzjonali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Fl-erbatax-il rawnd qed infittxu:
Oħroġ il-maġija tiegħek!
Il-kanzunetta tiegħek tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà!
Kif tista’ tixxerja l-kanzunetta tiegħek?
1. Jeħtieġlek tkun reġistrat mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fil-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
2. Iddawnlowdjajt l-App tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà minn Google Play jew App Apple store fuq il-mobile tiegħek u għamilt il-login bil-kredenzjali tiegħek

3. Jekk jogħġbok ivverifika li l-app tiegħek hija l-verżjoni 1.6.1
4. Waqt li jkun għaddej il-konkors, tista’ tirreġistra l-kanzunetta/video tiegħek direttament fl-app jew tapplowdjah mill-gallerija tal-videos tal-mobile tiegħek. Jekk jogħġbok irrekordja l-kanzunetta/video tiegħek billi żżomm it-telefown tiegħek orizzontali.

N.B.: L-implimentazzjoni attwali għall-iPhones tippermetti biss li tapplowdja mill-gallerija tal-videos tat-telefown u ma tippermetti l-ebda reġistrazzjoni diretta fl-app.
5. Se tkun l-unika persuna li tista’ taċċessa l-kanzunetta tiegħek f’“Il-Ġurnal Tiegħi” fl-app. Din mhix viżibbli għall-pubbliku inġenerali.
6. Tista’ ddoqq il-kanzunetta tiegħek fl-app. Jekk ma tkunx sodisfatt(a), tista’ tbiddel il-kanzunetta tiegħek fl-app meta trid sad-data ta’ skadenza tal-konkors.
7. Agħti titlu u spjegazzjoni qasira dwar il-kanzunetta, fejn tiddikjara għaliex tirrappreżenta l-mument maġiku tiegħek mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (titlu: minimu ta’ 2 karattri, massimu ta’ 100 karattru u deskrizzjoni: minimu ta’ 100 karattru, massimu ta’ 500 karattru).
8. Jekk xi nies jidhru fil-kanzunetta/video tiegħek, kun ċert li għandek il-kunsens tal-persuni kollha fl-immaġnijiet (ara l-formoli tal-awtorizzazzjoni skont it-termini u l-kundizzjonijiet).
Jekk jogħġbok innota li qed infittxu kanzunetti li jirrappreżentaw l-ideali, il-valuri u l-ispirtu veru tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
Għandek id-dritt li tirtira l-kanzunetta tiegħek fi kwalunkwe mument tal-konkors. Tista’ tirtira l-kanzunetta tiegħek direttament fl-app, waqt li l-konkors ikun għadu għaddej. Kemm tħassar l-entrata tiegħek. Wara l-iskadenza tista’ tibgħat email lil eu-solidarity-corps@ec.europa.eu u titlob it-tħassir fil-bażi tad-data tagħna.
Il-kanzunetti kollha ppreżentati se jitħassru mill-bażi tad-data tagħna fi tmiem il-konkors ħlief għall-aqwa 10 finalisti.
Il-finalisti se jintalbu l-permess tagħhom biex jippubblikaw qabel ma jikkompetu fil-votazzjoni pubblika fl-app, prevista għal Mejju 2021.
Il-votazzjoni pubblika se tkun miftuħa għal ġimagħtejn u se tkun aċċessibbli permezz tal-app, il-verżjoni 1.6.2. Ibqa’ ċċekkja għal aktar aġġornamenti!
Il-konkors hu miftuħ għal żgħażagħ bejn it-18 u l-31 sena rreġistrati fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà li diġà esperjenzaw attività ta’ volontarjat.
Sa għaxar finalisti se jingħataw kit promozzjonali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u vawċer ta’ valur ta’ €100. Barra minn hekk, waħda mill-kanzunetti se tintgħażel bħala r-rebbieħa tax-xahar. Il-persuna li tissottometti l-kanzunetta rebbieħa, se tirċievi biljett Interrail biex tivvjaġġa lejn sa seba’ destinazzjonijiet fl-UE għal massimu ta’ xahar jew vawċer tal-istess valur.
Esprimi dak li esplorajt u esperjenzajt matul l-attività tiegħek tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u tista’ tkun wieħed/waħda mir-rebbieħa fortunati!
Aqra t-Termini u Kundizzjonijiet