Konkors tal-Kanzunetti #EUSolidarityCorps – Termini u Kundizzjonijiet
Ħu sehem fil-Konkors tal-Kanzunetti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u jkollok iċ-ċans li tirbaħ kit promozzjonali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Fl-erbatax-il rawnd qed infittxu:
Oħroġ il-maġija tiegħek!
Il-kanzunetta tiegħek tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà!
Urina x’esplorajt u esperjenzajt matul l-attività tiegħek tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u tista’ tkun wieħed mir-rebbieħa fortunati tagħna!
Kif jaħdem il-konkors?
L-erbatax-il rawnd huwa miftuħ 25.01.2021 - 09.05.2021
Biex tieħu sehem fil-konkors, segwi dawn is-7 passi faċli:
- Aċċessa l-App tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fuq il-mobile tiegħek. Jekk jogħġbok kun ċert(a) li għandek il-verżjoni 1.6.1.


2. Agħmel il-login bil-kredenzjali tiegħek tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
3. Ikklikkja fuq “Konkors u Avvenimenti” u segwi l-istruzzjonijiet fl-app. Waqt li jkun għaddej il-konkors int tista’ tirrekordja l-kanzunetta/video direttament fl-app jew tapplowdjah(a) fil-video gallery tal-mobile tiegħek. Jekk jogħġbok irrekordja l-kanzunetta/video tiegħek billi żżomm it-telefown tiegħek orizzontali. Il-file tiegħek m’għandux ikun itwal minn 5 minuti ta’ reġistrazzjoni.

N.B.: L-implimentazzjoni attwali għall-iPhones tippermetti biss li tapplowdja mill-gallerija tal-videos tat-telefown u ma tippermetti l-ebda reġistrazzjoni diretta fl-app.
4. Int biss se jkollok aċċess għall-kanzunetta tiegħek f’“Il-Ġurnal Tiegħi” fl-app. Il-pubbliku mhux se jkun jista’ jaraha.
5. Tista’ ddoqq il-kanzunetta tiegħek fl-app. Jekk ma tkunx sodisfatt(a), tista’ tbiddel il-kanzunetta tiegħek fl-app meta trid sad-data ta’ skadenza tal-konkors.
6. Agħti titlu u spjegazzjoni qasira dwar il-kanzunetta, fejn tiddikjara għaliex tirrappreżenta l-mument maġiku tiegħek mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (titlu: minimu ta’ 2 karattri, massimu ta’ 100 karattru u deskrizzjoni: minimu ta’ 100 karattru, massimu ta’ 500 karattru).
7. Jekk jidhru xi nies fil-kanzunetta/video tiegħek, kun ċert(a) li għandek il-kunsens tal-persuni kollha fl-immaġnijiet (ara l-formoli ta’ awtorizzazzjoni aktar ’l isfel)
Jekk jogħġbok innota li qed infittxu kanzunetti li jirrappreżentaw l-ideali, il-valuri u l-ispirtu veru tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (iċċekkja l-missjoni u l-prinċipji tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà hawn taħt).
Għandek id-dritt li tirtira l-kanzunetta tiegħek fi kwalunkwe mument tal-konkors. Tista’ tirtira l-kanzunetta direttament fl-app, waqt li l-konkors ikun għadu għaddej. Kemm tħassar l-entrata tiegħek. Wara l-iskadenza tista’ tibgħat email lil eu-solidarity-corps@ec.europa.eu u titlob li titħassar mill-bażi tad-data tagħna.
Il-kanzunetti kollha ppreżentati se jitħassru mill-bażi tad-data tagħna fi tmiem il-konkors ħlief għall-aqwa 10 finalisti.
Meta tissottometti l-kanzunetta tiegħek, tkun qed tagħti l-kunsens lill-Kummissjoni Ewropea biex possibbilment tuża l-kanzunetta bla ħlas matul l-eżistenza tal-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-programmi suċċessuri tiegħu. Il-kanzunetta tista’ tiġi adattata biex taqbel mar-rekwiżiti tekniċi u twieġeb għall-identità viżwali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
Meta jidħlu fil-konkors tal-kanzunetti u/jew jaċċettaw premju, il-parteċipanti jittrasferixxu kwalunkwe dritt fuq il-kanzunetta mdaħħla lill-Kummissjoni Ewropea u jagħtu l-kunsens tagħhom għall-użu tal-kanzunetta tagħhom għal finijiet ta’ pubbliċità, reklamar jew informazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea u multiplikaturi għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fi kwalunkwe mezz jew format mingħajr avviż jew kumpens ulterjuri.
Jekk il-kanzunetta tiegħek tissodisfa l-kriterji msemmija hawn fuq, tista’ tkun wieħed mir-rebbieħa ta’ kull xahar ta’ #EUSolidarityCorps!
Kif se jintgħażlu r-rebbieħa?
Il-konkors huwa miftuħ għal kull min hu kreattiv u ispirat mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà li għandu bejn 18 u 31 sena u li rreġistra fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li bħalissa jinsab f’attività jew kien f’attività tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
Ġurija professjonali li tinkludi esperti fl-oqsma tal-kreattività u tal-media soċjali se jagħżlu l-10 finalisti. L-aktar kanzunetta li tiġbed lin-nies, li tissodisfa r-rekwiżiti tal-kompetizzjoni, se tirbaħ.
Il-finalisti magħżula mill-ġurija jintwerew fl-app. Jekk jogħġbok kun żgur li tiddawnlowdja l-verżjoni 1.6.2. f’April 2021 u li titfa’ l-vot tiegħek fl-app. L-aqwa kanzunetta se tintgħażel b’vot tal-ġurija ta’ 50 punt u b’vot mill-app ta’ 50 punt. Ara hawn taħt eżempju dwar l-għażla:

1 – Għadd - in-numru totali ta’ voti riċevuti mill-membri tal-ġurija
2 – Punti tal-ġurija - ir-rebbieħ bl-ogħla numru ta’ voti jirċievi 50 punt; ir-rebbieħa l-oħra jirċievu inqas punti fi proporzjon man-numru ta’ voti miksuba
3 – Voti - in-numru totali ta’ voti riċevuti mill-votazzjoni pubblika (kull votant jingħadd bħala vot wieħed)
4 – Punteġġ - perċentwal ta’ stilel riċevuti minn kull votant (kull votant jista’ jagħti sa 5 stilel; 5 stilel = 100)
5 – Votazzjoni pubblika - numru ta’ voti mmultiplikat bil-punteġġ
6 – Punti pubbliċi - ir-rebbieħ bl-ogħla numru ta’ voti pubbliċi jirċievi 50 punt; ir-rebbieħa l-oħra jirċievu inqas punti fi proporzjon mar-riżultat tal-votazzjoni pubblika
7 – Punti finali - is-somma tal-punti tal-ġurija u tal-punti pubbliċi tiddetermina l-punti finali
8 – Klassifikazzjoni - ir-rebbieħ bl-ogħla numru ta’ punti finali jiġi kklassifikat l-ewwel; l-oħrajn jiġu kklassifikati skont dan
Il-finalisti se jiġu kkuntattjati bl-email mit-tim tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, li qed jimmaniġġja l-premjijiet għal dan il-konkors f’isem il-Kummissjoni Ewropea. Il-parteċipanti għandhom joqogħdu attenti għall-emails li jaslulhom u jaraw li jirrispondu fi żmien sebat ijiem ta’ xogħol għall-emails li jibgħat it-tim. Jekk ma jkunx hemm tweġiba mingħandhom, se jintgħażel parteċipant ieħor bħala rebbieħ. Il-kanzunetti tal-finalisti se jitħabbru u jiġu promossi għall-votazzjoni pubblika fl-app fix-xahar ta’ wara l-iskadenza għall-konkors fuq xi wħud mill-pjattaformi tal-media soċjali li ġejjin jew kollha kemm huma: Facebook, Twitter, LinkedIn u Instagram.
X’inhuma l-premjijiet?
Sa għaxar finalisti se jingħataw kit promozzjonali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u vawċer ta’ valur ta’ €100. Barra minn hekk, se tintgħażel kanzunetta waħda bħala l-kanzunetta rebbieħa wara l-votazzjoni pubblika fl-app. Il-persuna li tissottometti l-kanzunetta rebbieħa se tirċievi biljett Interrail biex tivvjaġġa sa seba’ destinazzjonijiet tal-UE għal massimu ta’ xahar jew vawċer tal-istess valur.
Tajjeb li tkun taf...
Kun oriġinali. Trid tkun l-awtur u s-sid uniku tad-drittijiet tal-awtur tal-kanzunetta li tkun issottomettejt.
Il-protezzjoni tad-data personali hi importanti għall-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha. Għalhekk:
- Iċċekkja l-istqarrija ta’ privatezzaesc_song_contest_privacy_statement.docx
- Tinkludix l-immaġnijiet jew is-soundtrack ta’ persuni privati mingħajr il-kunsens tagħhom.
- Fil-każ ta’ tfal staqsi lill-ġenituri għal permess.
- Kun ċert li tikseb mingħand dawk li jidhru fl-immaġni(jiet) jew li tissottometti s-soundtrack tagħhom l-awtorizzazzjoni bil-miktub għall-pubblikazzjoni ta’ dawn l-immaġnijiet/soundtrack fis-sit(i) web ta’ Instagram, Twitter, Facebook, EUtube tal-Kummissjoni Ewropea u tal-organizzazzjonijiet multiplikaturi bħal aġenziji nazzjonali, Eurodesk, SALTO eċċ. fil-kuntest tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
Żomm f’moħħok li a) għandek iżżomm dawn il-formoli/ittri ta’ awtorizzazzjoni f’post sikur għall-perjodu tal-konkors sa 6 xhur jew sakemm tirċievi messaġġ personali minn qabel mingħand l-entità organizzatriċi, li jiddikjara li int meħlus minn dan l-obbligu, li fil-fatt għandu l-għan biss li jipproteġi LILEK minn talbiet f’isem wieħed mis-suġġetti tar-ritratt tiegħek.
b) il-finalisti biss se jintalbu jiffirmaw aktar tard separatament il-formola ta’ awtorizzazzjoni, ta’ assenjament tad-drittijiet u ta’ liċenzji tas-Servizz Awdjoviżiv tal-Kummissjoni Ewropea għal depożitu tal-kanzunetta/video fl-Arkivju tas-Servizzi Awdjoviżivi.
- Awtorizzazzjoni għall-ħoss
*Adult esc_song_contest-authorisation-sound-adult.doc
*Minuri esc_song_contest-authorisation-sound-minor.doc
- Awtorizzazzjoni għall-video
*Adult esc_song_contest-authorisation-video-adult.doc
*Minuri esc_song_contest-authorisation-video-minor.doc
- Assenjament tad-drittijietesc_song_contest-assignment_of_rights.doc
- Formola tal-liċenzja: esc_song_contest-licence.docx
Teditjax iżżejjed. Huma aċċettabbli cropping, korrezzjoni tal-kulur u rtukkjar bażiċi. L-effetti speċjali, l-immaġnijiet iġġenerati mill-kompjuter u modifiki estensivi oħrajn għandhom jiġu evitati.
Aħseb fis-sikurezza. Tpoġġix lilek innifsek jew lil oħrajn fil-periklu meta tirrekordja l-kanzunetta tiegħek.
Iċċekkja l-missjoni u l-prinċipji tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:
- Missjoni:
- Inlaqqgħu ż-żgħażagħ flimkien biex nibnu soċjetà aktar inklużiva;
- Nappoġġjaw il-persuni vulnerabbli;
- Inwieġbu għall-isfidi tas-soċjetà.
- Prinċipji:
- Inħaddnu l-valuri tas-solidarjetà, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem, u nemmnu fil-promozzjoni ta’ soċjetà ġusta u ugwali li fiha jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza;
- Nistinkaw biex insaħħu s-solidarjetà bejn in-nies fl-Unjoni Ewropea kollha u lil hinn minnha, filwaqt li nirrispettaw il-kulturi u t-tradizzjonijiet tagħhom, bl-għan li nibnu komunità ta’ responsabbiltajiet kondiviżi u appoġġ reċiproku;
- Lesti li nagħtu kontribut ġenwin lis-soċjetà u nuru solidarjetà, kooperazzjoni u ftehim reċiproku.
Tista’ tissottometti sa kanzunetta waħda biss għal kull rawnd. Jekk jogħġbok kun af li tista’ tirbaħ massimu ta’ premju wieħed biss fil-konkors #EUSolidarityCorps.
Billi tibgħat email lil eu-solidarity-corps@ec.europa.eu tista’ titlob li l-kanzunetta tiegħek titneħħa mit-tim tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà wara t-tmiem tal-konkors. Matul il-konkors tista’ tirtira l-kanzunetta tiegħek fi kwalunkwe ħin direttament mill-app.
Għandna d-dritt niskwalifikaw kwalunkwe kanzunetta jekk għandna raġuni biex nemmnu li ma segwejtx ir-regoli tal-konkors.
Meta jipparteċipaw fil-konkors #EUSolidarityCorps, il-finalisti rebbieħa jagħtu l-kunsens lill-Kummissjoni Ewropea, biex tuża l-kanzunetta tagħhom għal skopijiet ta’ pubbliċità u komunikazzjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew għall-eżistenza tal-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u għall-programmi suċċessuri tiegħu.
Dan il-konkors bl-ebda mod mhu sponsorjat, approvat jew amministrat minn Facebook, LinkedIn, Instagram jew Twitter. Min jipparteċipa jillibera lil Facebook, LinkedIn, Instagram, Youtube u Twitter minn kwalunkwe tip ta’ responsabbiltà fir-rigward ta’ dan il-konkors.
L-organizzatur jirriżerva d-dritt li jbiddel jew jissostitwixxi l-premjijiet tal-konkors u/jew jimmodifika r-regoli u r-regolamenti tal-konkors kif u meta meħtieġ, mingħajr avviż minn qabel.
Meta parteċipant jissottometti kanzunetta għall-konkors, se jitqies li aċċetta u qabel li jkun marbut bir-regoli u r-regolamenti tal-konkors.