Skip to main content
Submitted by Beatriz RODRIG… on
Draw lines
Yes
Color
#E92020
Cities/Points
Name
Krakovja
Country
Il-Polonja
Population
766683
Why visit?

Jekk tixtieq iżżur bliet b’ħafna spazji ħodor, Krakovja hija l-belt għalik. Finalista tal-Belt Kapitali Ekoloġika Ewropea fl-2023, Krakovja toffri aktar minn 207 m² ta’ spazju aħdar għal kull wieħed mir-residenti tiegħu. Din il-Belt Antika, imniżżla fil-lista tal-UNESCO, fil-biċċa l-kbira tagħha hija pedonali u toffri ambjent sabiħ biex wieħed joqgħod idurha bil-kalma. Fil-fatt, hija post tajjeb li kulħadd jista’ jżur, kif jidher mill-fatt li ġiet fit-tieni post fil-Premju Access City tal-2012. Jekk għandek aptit mixja kemxejn itwal, agħti titwila lill-Planty Park, ċinturin ekoloġiku ta’ aktar minn 200,000 m² li jdawwar il-Belt l-Antika u li ħa post il-fortifikazzjonijiet medjevali li kien hemm qabel. Jekk għandek aptit aktar natura, tista’ taċċessa l-mergħat, il-foresti u r-riżervi naturali sempliċiment b'rikba qasira ta’ tramm miċ-ċentru.

Image
Krakovja - Il-Polonja -
Coordinates
50.0464824,19.6929927
Tags with icon
Walkable City
Access City Award Winner
UNESCO World Heritage List
European Green Capital Finalist
Name
Brno
Country
Ir-Repubblika Ċeka
Population
379526
Why visit?

Brno hija nifs ta’ arja friska u oażi ekoloġiku. Mill-ħafna parks u ġonna tal-belt, kull wieħed b’karattru uniku u b’affarijiet interessanti x’tagħmel fih, sa park taċ-ċriev eżattament barra l-belt u aċċessibbli bit-trasport pubbliku, hemm ħafna postijiet li jqarrbuk man-natura. Pereżempju, il-Ġonna Miftuħa huma spazju edukattiv b’dar passiva unika b’saqaf ekoloġiku u b’mogħdija edukattiva. Jekk tippreferi tirrilassa b’mod aktar kemxejn attiv, nirrakkomandawlek li titla’ Špilberk u żżur il-kastell tas-seklu 13 fil-quċċata jew imxi sal-ġibjun ta’ Brno - post tajjeb għall-isport u r-rilassament. Tista’ wkoll iżżur il-Ġnien Botaniku u titgħallem aktar dwar il-pjanti.

Image
Brno - Iċ-Ċekja
Coordinates
49.2019529,16.4131507
Tags with icon
Plenty of Nature
#BeActive
Name
Graz
Country
L-Awstrija
Population
283869
Why visit?

Graz hija l-kapitali ta’ Styria, magħrufa wkoll bħala l-“Qalba Ekoloġika” tal-Awstrija minħabba ż-żoni ekoloġiċi kbar tagħha. Bis-saħħa ta’ dan, hemm ħafna opportunitajiet biex tmur fl-apert fin-natura u tgawdi mill-effetti tal-ħdura li taħjik, tintilef fl-għażla meta tiġi biex tagħżel postijiet għall-hiking, għar-rota jew għall-iskijjar. Graz rebħet għadd ta’ premjijiet li jagħtu prova tal-kredenzjali ekoloġiċi u kulturali tagħha: hija finalista tal-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa tal-2025, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2003 u ċ-Ċentru Storiku u Schloss Eggenberg jaghħmlu parti mil-lista tal-UNESCO. Jekk tixtieq verament tidħol b'ruħek u b'ġismek fin-natura, tista’ tagħmel volontarjat f’azjenda agrikola organika permezz tal-moviment WWOOF (Worldwide Opportunities on Organic Farms).

Image
Graz - L-Awstrija
Coordinates
47.0731644,15.3595614
Tags with icon
European Green Capital Finalist
Plenty of Nature
#BeActive
UNESCO World Heritage List
European Capital of Culture
Name
Velenje
Country
Is-Slovenja
Population
24327
Why visit?

Velenje tfasslet fis-snin 1950 bħala tal-ġonna, għalhekk il-ħdura ilha parti mid-DNA tagħha mill-ewwel jum. Hija kompliet bl-impenn tagħha favur l-ambjent u hija rebbieħa tal-Premju Ewropew Green Leaf tal-2024 bis-saħħa tal-pjan tal-belt għal opportunitajiet ġodda ta’ impjieg fis-settur ekoloġiku. Hija wkoll waħda mill-bliet pilota fil-Missjoni dwar il-Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti ffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea. Waqt li tkun hemm, mur mixja tul il-Promenada, wieħed mill-assi ċentrali tal-belt, li qed jiġi rinnovat biex tingħata prijorità lill-ħdura u l-ispazju għan-nies jew żur il-bajja popolari ta’ Velenje, fejn se ssib ilma nadif għall-għawm, mixja qasira mill-belt.

Image
Velenje - Is-Slovenja
Coordinates
46.363674,15.0626769
Tags with icon
Spots to Swim
Green Leaf City
Name
Salzburg
Country
L-Awstrija
Population
152367
Why visit?

Salzburg, li tinsab fuq il-konfini tat-Tramuntana tal-Alpi, hija punt ta’ tluq ideali għall-attivitajiet fil-beraħ li jqarrbuk man-natura, bħall-hiking jew il-mountain biking. F’Salzburg, grazzi għar-rikkezza ta’ attivitajiet tax-xitwa bħall-ice skating, l-iskijjar tat-tip cross-country u l-hiking tat-tip snowshoe, ma hemm l-ebda raġuni biex tibqa’ ġewwa meta jkun kiesaħ. Ilbes sħun u kkonnettja man-natura s-sena kollha! Iċ-ċentru tal-belt li jagħmel parti mil-Lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO huwa wkoll post fejn tista’ timxi jew tista’ żżur il-ġonna ta’ Schloss Hellbrunn, Dan is-Schloss, li hu mingħajr ħlas, jospita l-padiljun mis-Sound of Music.

Image
Salzburg - L-Awstrija
Coordinates
47.8027764,12.9741786
Tags with icon
UNESCO World Heritage List
Access City Award Winner
#BeActive
European Green Capital
Name
Triesen
Country
il-Liechtenstein
Population
5275
Why visit?

Il-Liechtenstein imsaġġra, li jinsab kollu kemm hu fl-Alpi, huwa perfett għall-avventuriera li jħobbu l-beraħ u Triesen tista’ sservi bħala bażi. Skopri l-mogħdija naturali ta’ 100 metru li tieħdok mill-Wied tar-Rhine sal-kappella tal-medju evu bikri ta’ St Mamerta, li tinsab fuq Triesen. Jew, jekk verament trid tħaddem saqajk, għaliex ma tippruvax il-Liechtenstein Trail li fiha 75km? Fejn aktar tista’ timxi madwar pajjiż kollu f'weekend? Jew, jekk tippreferi ddur fuq żewġ roti, hemm ħafna rotot b’sinjali ċari li jagħmlu Liechtenstein ideali għall-mountain bikers.

Image
Triesen - Liechtensein
Coordinates
47.0863405,9.4756937
Tags with icon
#BeActive
Plenty of Nature
Name
Galway
Country
L-Irlanda
Population
79934
Why visit?

Galway tinsab fuq il-kosta selvaġġa tal-Punent tal-Irlanda (magħrufa wkoll bħala “The Emerald Isle” għall ħdura li għandha). Fl-2017 din il-belt rebħet il-Premju Ewropew Green Leaf għall-impenn tagħha għas-sostenibbiltà. Jekk tixtieq toħroġ u tesplora l-kampanja u żżur xi wħud mis-siti famużi tal-Irlanda, Galway hija bażi ideali għal postijiet bħall-Cliffs of Moher jew l-għoljiet ta’ Connemara. Jew għaliex ma tmurx timxi xi parti tal-Wild Atlantic Way, waħda mill-itwal rotot kostali fid-dinja (2,600 km), li ssegwi l-kosta Irlandiża mill-Peniżola Inishowen fit-Tramuntana, lil hinn minn Galway u ’l isfel sa Kinsale fin-Nofsinhar. Jew żur wieħed mill-parks nazzjonali, iż-żoni tal-foresti jew ir-riżervi tal-Irlanda li f’daqqa jagħmlu medda ta’ aktar minn 650 km2.

Image
Galway - L-Irlanda
Coordinates
53.2838831,-9.1311474
Tags with icon
Plenty of Nature
#BeActive
Green Leaf City