Skip to main content
Submitted by Alexia THOMAS on
Draw lines
Yes
Color
#34A0CF
Cities/Points
Name
Braşov
Icon on Map
Country
Ir-Rumanija
Population
290000
Why visit?

Il-belt Transilvanjana ta’ Brașov, magħrufa wkoll bħala l-“Belt Kapitali Ekoloġika” tar-Rumanija, kienet waħda mill-ewwel firmatarji tal-Patt tas-Sindki, programm tal-UE li għaqqad flimkien lill-gvernijiet lokali madwar l-Ewropa biex jieħdu azzjoni kontra t-tibdil fil-klima. Il-belt tinsab fid-dell tal-muntanja impressjonanti Tâmpa, quċċata għolja ħafna li ntgħażlet mill-UE bħala riżerva naturali tan-Natura 2000 biex jiġu protetti l-għasafar rari, iċ-ċingjali, l-orsijiet, u l-friefet. Aqbad funikular u itla’ sal-quċċata u pprova ara tilmaħx l-ittri “BRAŞOV” mal-ġenb tal-muntanja – ir-risposta tal-Ewropa lil Hollywood!

Image
Braşov
Coordinates
45.6524485,25.5140621
Tags with icon
Plenty of parks
Wonderful for wildlife
Marine metropolis
Name
Sofija
Icon on Map
Country
Il-Bulgarija
Population
1236000
Why visit?

Il-komunitajiet fil-belt kapitali Bulgara ta’ Sofija huma impenjati biex iżommu din il-belt storika nadifa – għalhekk, għaliex ma żżurhomx u tagħtihom daqqa t’id? L-inizjattiva “Ejjew innaddfu l-Bulgarija flimkien” tħeġġeġ lill-voluntieri jiġbru l-iskart u jżommu t-toroq tal-belt nodfa. Ir-riċiklaġġ huwa prijorità f’Sofija – 84% tal-iskart li jinġabar jiġi rriċiklat! Il-vjaġġaturi tad-DiscoverEU li jkun jinteressahom li jqattgħu ħin fin-natura jistgħu jimxu sal-kaskata impressjonanti ta’ Boyana, li tinsab eżatt barra l-belt.

Image
Sofija
Coordinates
42.695314,23.1591383
Tags with icon
Plenty of parks
Going circular!
Name
Salonka
Icon on Map
Country
Il-Greċja
Population
315000
Why visit?

Salonka, li kienet Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura, għandha taħlita unika ta’ monumenti u postijiet storiċi, tradizzjonijiet kulturali, u kċina tajba. Il-belt użat ukoll il-fondi tal-UE biex tittrasforma ż-żona tax-xatt fi spazju ekoloġiku, san, u pjaċevoli. Iż-żona tax-xatt tgħaqqad tnejn mill-attrazzjonijiet tal-belt li wieħed ma jistax jitlifhom: it-Torri l-Abjad u s-Sala tal-Kunċerti. Huwa l-post perfett għal mixja tul il-kosta fl-għabex. Għall-parteċipanti tad-Discover EU li jħobbu n-natura, Salonka tagħti wkoll għal fuq id-Delta Axiou, riżerva naturali tal-UE li tipproteġi l-ħajja selvaġġa li tgħix fl-artijiet mistagħdra qrib ix-xmara Axios/Vardar.

Image
Salonka
Coordinates
40.6211852,22.9048276
Tags with icon
Marine metropolis
Wonderful for wildlife
Climate Neutral 2030