Skip to main content
© European Union © European Union

Staqsi lill-Kummissarju!

L-aħħar aġġornament sar fi It-Tlieta, 11/05/2021

Titlifx l-opportunità li taqsam il-fehmiet, l-opinjonijiet jew it-tħassib tiegħek dwar iż-Żgħażagħ u l-Edukazzjoni mal-Kummissarju Mariya Gabriel. 

Bi preparazzjoni għall-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ li jmiss, li se ssir mill-24 sat-30 ta’ Mejju, il-Kummissarju għaż-Żgħażagħ u l-Edukazzjoni, Mariya Gabriel, tixtieq tisma’ l-opinjoni tiegħek. 

Il-mistoqsijiet, il-kummenti u l-opinjonijiet tiegħek jistgħu jindirizzaw oqsma bħal:

  • Il-programmi l-ġodda tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà 2021-2027
  • It-tisħiħ tal-involviment taċ-ċittadini żgħażagħ fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni demokratika tagħhom
  • L-impenji ta’ sostenibbiltà fi programmi ġodda
  • L-isfidi tad-diġitalizzazzjoni u kif se jiġu indirizzati fil-programmi tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
  • L-irkupru ta’ wara l-Covid u l-kontribut tal-programmi l-ġodda lejn reżiljenza msaħħa

Nilqgħu ukoll kull ħaġa oħra li tiġi f’moħħok, relatata maż-żgħażagħ tal-Ewropa, l-opportunitajiet u l-parteċipazzjoni tiegħek fil-ħajja demokratika!

Min jista’ jipparteċipa?

Irid ikollok bejn 18 u 30 sena u tkun tgħix f’pajjiżi tal-programm tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u taġixxi fuq il-kapaċità personali tiegħek stess (eż. kwalunkwe entrata sottomessa minn ġurnalisti u rappreżentanti tal-media ma tiġix ikkunsidrata).

Kif?

Ibgħat il-mistoqsija tiegħek f’format video ta’ mhux aktar minn 30 sekonda lil EAC-SOCIAL-MEDIA@ec.europa.eu jew ibgħatha fuq il-media soċjali (Twitter jew Instagram) billi tuża l-hashtag #EUYouthWeek.

F’każijiet eċċezzjonali, naċċettaw entrati fil-format ta’ ritratt b’mistoqsija miktuba jew file audio. 

Tista’ tistaqsi mistoqsijiet kemm trid!

Ibgħathom sat-30 ta’ Mejju 2021 f’00:00 (ħin ta’ Brussell) u żomm ruħek aġġornat għat-tweġibiet. Ara Termini u Kundizzjonijiet