Skip to main content
Submitted by Elisavet KOZAKOU on
Draw lines
Yes
Color
#db7093
Cities/Points
Name
NEB Hero City: Varsavja
Country
Il-Polonja
Population
1795000
Why visit?

Varsavja, il-belt kapitali tal-Polonja, hija ċentru kulturali, politiku u ekonomiku ewlieni. Dan huwa rifless fid-disinn u fl-arkitettura tagħha, li ħaddnu bis-sħiħ il-valuri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB).

Proġetti bħall-Kunċett FOLK ibbażat f’Varsavja, għandhom l-għan li jagħtu ħajja ġdida lill-arkitettura eżistenti bil-ħsieb tal-futur. FOLK, il-proġett rebbieħ tal-Premju L-Istilel Promettenti tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida 2022, jagħti ħajja ġdida lill-matmuri u l-granarji qodma, u jagħtihom skop ġdid biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-lum filwaqt li jippreserva l-karatteristiċi tipiċi tagħhom. Inbnew ukoll ħafna spazji innovattivi għall-għajxien urban b’disinn modern u sostenibbli, bħaż-Zlota 44, skyscraper bil-bejt tiegħu mfassal biex jiġbor l-ilma tax-xita. Dan il-proċess ta’ riġenerazzjoni qed jiġi demokratizzat permezz ta’ inizjattivi bħal ReStore, ħanut mingħajr skop ta’ qligħ li joffri arredamenti u materjali sostenibbli ġodda u użati.

Impossibbli tinjora dawn it-trasformazzjonijiet f’Varsavja. Żur dik li kienet il-fabbrika leġġendarja Koneser Vodka u ammira l-karatteristiċi antiki tagħha filwaqt li tesplora l-ispazji kummerċjali, il-bars, ir-ristoranti, il-lukandi u ħafna aktar. Ta’ min iżżur ukoll il-Fabbrika Norblin, proġett ieħor ta’ tiġdid urban ta’ suċċess, speċjalment għall-mużew tagħha, il-BioBazar, l-ArtBOX Experience, u l-FoodTown li fih 23 kunċett gastronomiku minn madwar id-dinja.

Image
Varsavja
Coordinates
52.2330653,20.9211126
Tags with icon
NEB prize
Sustainable initiatives
Urban renewal
Name
Katowice
Country
Il-Polonja
Population
289000
Why visit?

Il-belt ta’ Katowice, li tinsab fir-reġjun tas-Silesia, u li tħaddan bis-sħiħ il-valuri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB), kienet il-qalba industrijali tal-Polonja. L-istorja tal-belt hija minsuġa ma’ dik tal-minjiera tal-faħam tagħha – passat li Katowice użat biex tittrasforma ruħha f’belt sostenibbli tal-futur. Bl-appoġġ finanzjarju mill-UE, il-proġett MOLOC ittrasforma l-minjiera f’ċentru kulturali, li issa jospita l-Arena Spodek, l-Orkestra Sinfonika Nazzjonali Pollakka, iċ-Ċentru tal-Kungress Internazzjonali u l-Mużew Sileżjan.

Minbarra l-industrija tal-faħam tagħha, il-belt hija magħrufa għall-arkitettura tal-metall u tal-ħġieġ tagħha. Il-bini tagħha huwa influwenzat ħafna mill-arkitettura postindustrijali, b’karatteristiċi modernisti u tal-Art Nouveau. Il-faċċata strutturata taċ-ċentru kummerċjali ta’ Skarbek, ir-roundabout ċentrali tal-belt, u l-binja Superjednostka huma eżempji impressjonanti ta’ kemm materjali dejjiema, riċiklabbli u adattabbli għandhom rwol kritiku fil-ħolqien ta’ disinji uniċi.

Billi toħloq rabta mal-passat tagħha, il-belt ta’ Katowice toffri esperjenzi uniċi lill-viżitaturi. Il-Fabbrika tal-Porċellana ta’ Giesche u l-ispazji tagħha issa jospitaw kunċerti u avvenimenti oħrajn, u dak li kien id-distrett tal-ħaddiema ta’ Nikiszowiec – b’karatteristiċi arkitettoniċi uniċi mill-bidu tas-seklu 20 – issa huwa ċentru kulturali u soċjali.

Tista’ żżur ukoll il-Mużew Śląskie, li huwa spazju ta’ djalogu bejn il-passat u l-preżent. Jew tista’ tesplora l-Park Sileżjan, wieħed mill-akbar investimenti ekoloġiċi fis-Silesia ta’ Fuq. Wara li tara dan kollu, irrilassa u gawdi l-bars u l-clubs fit-Triq Mariacka.

Image
Katowice
Coordinates
50.2136939,18.8636717
Tags with icon
Urban renewal
Name
Praga
Country
Ir-Repubblika Ċeka
Population
1275406
Why visit?

Il-belt ta’ Praga hi bħal rigal li dejjem jiġġedded, speċjalment fir-rigward tal-arkitettura storika tagħha u l-approċċ tagħha għall-modernizzazzjoni arkitettonika sostenibbli. Il-belt tippromwovi inizjattivi differenti bbażati fuq il-valuri ewlenin tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB). Praga hija waħda mill-bliet pilota tal-inizjattiva CrAFt, li għandha l-għan li ssib mudelli għal kif il-bliet jistgħu jagħmlu t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika b’mod li jkun inklużiv, sostenibbli u sabiħ. Hija tospita wkoll il-proġett Reclaim Žižkov li rebaħ il-Premju L-Istilel Promettenti tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, li għandu l-għan li jgħin lil dan id-distrett storiku tal-klassi tal-ħaddiema jippreżerva r-ruħ antika tiegħu quddiem il-ġentrifikazzjoni.

Jekk qed tfittex li tesperjenza l-lati differenti ta’ belt fi tranżizzjoni, żur id-distrett ta’ Holešovice ta’ Praga, fejn l-inklużjoni bla xkiel ta’ ħwienet żgħar, kafetteriji, u galleriji tal-arti wasslet għal invenzjoni mill-ġdid impressjonanti u attraenti ta’ din iż-żona diversa. Jew żur id-Dancing House, eżempju rari ta’ dekostruttiviżmu ispirat mill-Art Nouveau; jew it-Torri tat-Televiżjoni Žižkov, li wħud jgħidu li huwa wieħed mill-ikreh binjiet – iżda l-aktar affaxxinanti – fid-dinja.

Kull fejn tiddeċiedi li tmur, titlifx l-opportunità li żżur il-Petřín Lookout Tower jew il-Park Letná, fejn tista’ wkoll tixrob xi ħaġa u tammira l-veduti sbieħ fuq il-belt. Jekk dan mhux biżżejjed, esplora l-embankment vivaċi ta’ Rašínovo nábřeží u dak kollu li għandu x’joffri fi kwalunkwe żmien tas-sena.

Image
Praga
Coordinates
50.0598058,14.3255421
Tags with icon
NEB Projects
Name
Il-Marsa
Country
Malta
Population
5730
Why visit?

Port żgħir fir-reġjun tax-Xlokk ta’ Malta, il-Marsa ġibdet l-attenzjoni tal-Ewropa fl-2015 meta ospitat l-Eurovision Song Contest. Filwaqt li t-tarzni u l-Port il-Kbir tagħha kellhom rwol kritiku fl-istorja tal-pajjiż, il-Marsa issa qed tipprova tisfida l-għajbien tax-xorti tagħha. Qed tħaddan bis-sħiħ l-ispirtu tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB) billi ssegwi trasformazzjonijiet arkitettoniċi sostenibbli u inklużivi.

Il-belt tospita l-proġett “Malta as a walkable city project” li għandu l-għan li jittrasforma s-sistema tad-drenaġġ tax-xita, li rarament tintuża, f’toroq pedonali. Permezz tat-tfassil mill-ġdid tal-mobbiltà urbana, il-proġett hu maħsub biex jagħmel il-ħajja tar-residenti aktar pjaċevoli u sostenibbli.

Fl-2022, il-belt kienet nominata bħala l-Kapitali tal-Kultura ta’ Malta – rikonoxximent tal-potenzjal ta’ dan iċ-ċentru urban żgħir iżda vivaċi, u sejħa biex tiġi skoperta mill-ġdid din il-belt storika sinifikanti kkaratterizzata mill-fdalijiet tal-bini tal-bastimenti u l-attività industrijali tagħha. 

Ħejji ruħek għal kaċċa għat-teżor reali waqt li tkun fil-Marsa. Tista’ żżur il-Mużew Postali ta’ Malta u titgħallem aktar dwar kif Malta – f’nofs il-Baħar Mediterran – irnexxielha tibqa’ konnessa. U agħti daqqa t’għajn lejn il-korsa tat-tiġrijiet taż-żwiemel tal-Marsa, mibnija fl-1868, jew mur passiġġata mal-marina.

Image
Il-Marsa
Coordinates
35.8757762,14.4743401
Tags with icon
Sustainable initiatives
Urban renewal
NEB Projects