Skip to main content
Submitted by Stefanos AGATH… on
Draw lines
Yes
Color
#ff00ff
Cities/Points
Name
Turku
Country
Il-Finlandja
Population
193000
Why visit?

Bejn l-1927 u l-1933, Turku saret il-post tat-twelid tal-moviment Funzjonalist tal-arkitettura. Il-persunaġġ ewlieni tagħha, Alvar Aalto, iddiżinja 3 binjiet f’Turku li huma meqjusin bħala eżempji ewlenin ta’ dan l-istil: il-Maalaistentalo, it-Turun Sanomat, u s-Seurahuone. Turku impenjat ruħha li tiżgura li bħala belt tkun tista’ titgawda minn kulħadd, u dan wassal biex hi tiġi nominata bħala r-runner up tal-Premju Access City fl-2011.
Turku hi magħrufa ukoll bħala l-kapital tal-ikel tal-Finlandja minħabba l-kultura vibranti tar-ristoranti tagħha u s-suq tal-ħut storikament famuż tagħha. 
 

Image
Dgħajsa f’lag f’Turku
Coordinates
60.4321284,22.0841285
Tags with icon
European Capital of Culture
Rich in Music
Great for Performance Arts
Exciting Culinary Options
Name
Helsinki
Country
Il-Finlandja
Population
654000
Why visit?

Helsinki hi ġawhra għad-dilettanti tal-arkitettura. Il-belt tospita waħda mill-akbar kollezzjonijiet ta’ bini Art Nouveau fit-Tramuntana tal-Ewropa, flimkien ma’ firxa wiesgħa ta’ stili arkitettorali bħal dak Modernist u dak tal-Funzjonaliżmu. Il-postijiet fejn wieħed jista’ jara jinkludu l-Knisja ta’ Temppeliaukio bl-istruttura taħt l-art tagħha skavata direttament minn blat solidu u l-Pjazza tas-Senat bil-kollezzjoni tagħha ta’ 4 binjiet Neoklassiċi mfasslin mill-perit Ġermaniż Carl Ludvig Engel. Il-belt hi faċli għal kulħadd biex jesplora, kif rifless fl-istatus tagħha ta’ runner-up fl-Access City Award 2022.
Fuq il-kosta ta’ Helsinki tinsab il-Fortizza tal-Baħar ta’ Suomenlinna, Sit ta’ Patrimonju Dinji tal-UNESCO, li hi eżempju ewlieni tal-arkitettura militari Ewropea. Madwar l-ilma jinsab il-Mużew għall-Arja Aperta ta’ Seurasaari, li jipprovdi stampa tal-ħajja tradizzjonali Finlandiża.
 

Image
Ritratt ta’ Helsinki
Coordinates
60.11021,24.7385094
Tags with icon
UNESCO World Heritage List
Rich in Music
Notable Museums
Exciting Culinary Options
Name
Tartu
Country
L-Estonja
Population
95000
Why visit?

It-tieni l-akbar belt tal-Estonja, Tartu hi magħrufa għall-atmosfera bohemjana tagħha u bħala l-mutur ewlieni tal-progress xjentifiku Estonjan. L-arkitettura tagħha, b’mod partikolari fil-Belt l-Antika protetta mill-patrimonju, hi primarjament iddisinjata bi stil Klassiku. Fl-2015, l-Ensemble Storiku tal-Università ta’ Tartu ngħata ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għall-arkitettura impressjonanti tiegħu tas-seklu 19 li tirrifletti t-tradizzjoni Ewropea fl-edukazzjoni. Il-belt se jkollha t-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2024, u l-isforzi tagħha biex issib soluzzjonijiet prattiċi għar-residenti u l-viżitaturi bi problemi ta’ mobbiltà u aċċessibbiltà kisbulha t-titlu ta’ runner up fil-Premju Access City 2020. Titlifx l-Aparaaditehas (il-Fabbrika Widget), kumpless ta’ fabbrika qadim ittrasformat mill-2014 f’ċentru kulturali, jew il-Mużew Nazzjonali Estonjan.   

Image
Ritratt ta’ Tartu
Coordinates
58.3749923,26.6975258
Tags with icon
European Capital of Culture
European Heritage Label
Rich in Music
Walkable City
Name
Valga
Country
L-Estonja
Population
15000
Why visit?

Valga hi belt fin-Nofsinhar tal-Estonja, fuq il-fruntiera mal-Latvja. Il-belt, li nbniet bejn l-1864 u l-1866, hi waħda mill-aktar eżempji eċċezzjonali tal-arkitettura tal-injam tal-Klassiċiżmu Tardiv fl-Estonja. Waqt li tkun hemm, żur il-Mużew ta’ Valga; il-binja tiegħu tmur lura għall-1911 u hi eżempju ta’ Art Nouveau tardiv. Il-faċċata impressjonanti tagħha hi protetta bis-saħħa tal-konservazzjoni tal-patrimonju.
Mill-quċċata tal-Għolja Väike Munamägi tista’ tara l-pjazza ċentrali li hi maqsuma bejn Valga fl-Estonja u Valka fil-Latvja – nofsha f’pajjiż u nofsha f’ieħor.
 

Image
Ritratt ta’ Valga
Coordinates
57.7799577,26.0369598
Tags with icon
Historic Architecture
Plenty of Nature
Walkable City
Name
Riga
Country
Il-Latvja
Population
621000
Why visit?

Riga għandha kollezzjoni ta’ madwar 800 binja Art Nouveau, li jagħmilha l-belt bl-ogħla konċentrazzjoni ta’ arkitettura Art Nouveau fid-dinja. Ta’ interess partikolari huma ċ-ċentru storiku tagħha, Sit ta’ Patrimonju Dinji tal-UNESCO mill-1997 u t-Tliet Aħwa Subien, l-eqdem kumpless tad-djar f’Riga. Dawn huma eżempji tajbin ta’ preservazzjoni storika Latvjana, filosofija li bdiet fil-Latvja matul il-perjodu bejn il-gwerer. Illum, it-Tliet Aħwa Subien tant huma kulturalment sinifikanti fil-belt li ngħataw Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew
Tħoss li għandek tnaqqar xi ħaġa? Ieqaf fis-Suq Ċentrali – wieħed mill-akbar fl-Ewropa – u pprova xi delikatezzi lokali bħall-ħut iffumigat. Fil-belt l-antika, żur l-iskultura stramba tal-Mużiċisti tal-Belt ta’ Bremen b’erba’ annimali, ibbażata fuq il-ħrafa legendarja tal-Aħwa Grimm.
 

Image
Ritratt ta’ Riga
Coordinates
56.971333,23.8421021
Tags with icon
European Capital of Culture
European Heritage Label
UNESCO World Heritage List
Rich in Music
Notable Museums
Great for Performance Arts
Name
Daugavpils
Country
Il-Latvja
Population
82000
Why visit?

Il-landscape arkitettorali ta’ Daugavpils hi distinta minħabba l-abbundanza tagħha ta’ bini bi bricks ħomor, li ħafna minnhom huma ddisinjati mill-arkitett ewlieni tal-belt Willem Neumann. Fuq l-Għolja tal-Knisja, se ssib erba’ knejjes weqfin maġenb xulxin, kull waħda tirrappreżenta l-erba’ denominazzjonijiet reliġjużi ewlenin fir-reġjun ta’ Latgale tal-Latvja. Flimkien jiffurmaw ġabra arkitettorali impressjonanti.

Iċ-Ċentru tal-Arti Mark Rothko, li jinsab fl-armerija storika tal-Fortezza ta’ Daugavpils, hu l-uniku mużew fl-Ewropa tal-Lvant fejn tista’ ssib ix-xogħlijiet oriġinali tal-pittur.

Image
Ritratt ta’ Daugavpils
Coordinates
55.8959189,26.4671762
Tags with icon
Historic Architecture
Plenty of Nature
Walkable City
Name
Kaunas
Country
Il-Litwanja
Population
289000
Why visit?

Rikka fil-kultura, Kaunas rebħet iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew fl-2014 bis-saħħa ta’ 44 binja li jirrappreżentaw l-arkitettura tagħha ta’ bejn il-gwerer 1919-1940. Hi rċeviet ukoll Premju tal-Patrimonju Ewropew għar-restawr tal-Kabinett l-Antik tal-Ministri tagħha u t-titlu City of Design tal-UNESCO 2017. Kaunas hi wkoll waħda mit-tliet Kapitali Ewropej tal-Kultura 2022.
Storikament, il-belt kienet wieħed miċ-ċentri tal-patrimonju Lhudi fl-Ewropa, bil-Lhud jammontaw għal sa 40% tal-popolazzjoni tal-belt fl-1908. Illum, dan il-patrimonju jidher fis-Sinagoga ta’ Kaunas, il-Mużew tal-Belt ta’ Kaunas u l-Mużew Vilna Gaon tal-Istorja Lhudija.
Jekk qed tfittex mużew li m'hawnx bħalu, tinsab fil-post it-tajjeb. Żur il-Mużew tax-Xitan, li fih aktar minn 2,000 rappreżentazzjoni tax-xitan mid-dinja kollha. 
 

Image
Ritratt ta’ Kaunas
Coordinates
54.8900536,23.8572242
Tags with icon
European Capital of Culture
European Heritage Label
Notable Museums
Great for Performance Arts
Name
Klaipėda
Country
Il-Litwanja
Population
149000
Why visit?

Żjara lil Klaipėda qatt mhi tedjanti, b’avvenimenti annwali bħar-Rebbiegħa tal-Mużika ta’ Klaipėda, il-Festival ta’ Jazz tal-Kastell ta’ Klaipėda u l-Festival Internazzjonali tat-Teatru tat-Triq. Minħabba l-istorja Ġermaniża tagħha, għandha stil arkitettorali distint ikkaratterizzat minn bini bi gwarniċ tal-injam.
Klaipėda hi belt kostali u l-uniku port marittimu ewlieni tal-Litwanja. Biex tesperjenza l-atmosfera marittima, ipprova ftit Kepta Duona, ħobż iswed moqli tal-Baltiku, abbord il-bastiment Meridianas.
 

Image
Ritratt ta’ Klaipėda
Coordinates
55.7054542,21.0178111
Tags with icon
Rich in Music
Notable Museums
Great for Performance Arts