Skip to main content
Submitted by Elisavet KOZAKOU on
Draw lines
Yes
Color
#556b2f
Cities/Points
Name
Budapest
Country
L-Ungerija
Population
1752286
Why visit?

Filwaqt li l-kapitali Ungeriża hija impenjata ħafna lejn it-tradizzjonijiet tagħha, qed tħares ukoll lejn il-futur permezz ta’ trasformazzjoni sostenibbli u inklużiva tal-ambjent urban tagħha. B’dan il-mod, Budapest progressivament tinkorpora l-valuri u l-objettivi tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB). Pereżempju, il-proġett Cooling Corners and Corridors (CoolCos) joħloq strutturi innovattivi li huma ddisinjati biex inaqqsu l-impatt tal-mewġiet ta’ sħana. Il-belt ġiet rikonoxxuta wkoll għall-aċċessibbiltà tagħha, b’referenza speċjali fil-Premjijiet Access City tal-UE tal-2015.

Jekk għandek bżonn mument ta’ trankwillità waqt li tkun qed tesplora l-belt, mur mixja bil-kwiet madwar il-Gżira Margaret – oażi ħadra f’nofs id-Danubju. Jew għaddi mill-ġnien klimatiku Aurora, post żgħir gustuż li għandu l-għan li jirrestawra l-ekosistemi naturali fl-ambjent urban, filwaqt li jaqsam l-għarfien dwar l-ortikultura u s-sigurtà tal-ikel.

Jekk tippreferi l-arti, tista’ żżur il-gallerija tal-FKSE, li hija speċifikament għall-artisti żgħażagħ, u li tpoġġi l-problemi soċjali fil-qalba tagħha.

Fl-aħħar nett, imxi lejn Castle Hill biex tammira l-Fisherman’s Bastion, u tgawdi minn veduta inkredibbli fuq il-belt u d-Danubju.

Image
Budapest
Coordinates
47.4813602,18.9902209
Tags with icon
Sustainable initiatives
Access City Award winner
NEB Projects
Name
Nyíregyháza
Country
L-Ungerija
Population
117689
Why visit?

Nyíregyháza hija parti minn proġett ta’ Interreg Europe dwar is-sostenibbiltà b’enfasi fuq l-ekonomija diġitali. Il-proġetti Interreg ilaqqgħu flimkien il-gvernijiet lokali biex jaqsmu bejniethom soluzzjonijiet innovattivi u sostenibbli għall-isfidi tal-iżvilupp reġjonali. Biex iżżid l-użu tagħha u tespandi l-bażi tad-data tal-istorja lokali, il-librerija lokali ta’ Nyíregyháza tgħin liċ-ċittadini jużaw sistemi u apparati diġitali. U tippromwovi l-letteratura permezz tal-kabina tat-telepoeżija, li fiha l-viżitaturi jistgħu jagħżlu poeżija minn direttorju, iċemplu n-numru, u jisimgħuha.

Tħoss il-bżonn li tara ftit ħdura? L-integrazzjoni tan-natura fix-xenarju urban, wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB), huwa l-Ġnien Botaniku ta’ Tuzson János. Hu parti mill-università tal-belt u jospita varjetà wiesgħa ta’ pjanti f’ambjent li jinkludi serer kbir, ġnien Ġappuniż u lag.

Kun ċert li żżur il-Funtana Mużikali f’Sóstó, li toffri wirja spettakolari għall-ispettaturi. Jew żur il-Mużew fl-Apert Sóstói Open – li darba kien raħal – biex tikseb għarfien dwar kif kienu jgħixu in-nies, u tieħu sehem f’avvenimenti mfassla biex jgħallmu lill-viżitaturi dwar it-tradizzjonijiet folkloristiċi.

Image
NYIREGYHAZA
Coordinates
47.9424892,21.6308696
Tags with icon
Sustainable initiatives
Rediscover the history
Name
Cluj-Napoca
Country
Ir-Rumanija
Population
303047
Why visit?

It-tieni belt fejn l-aktar jgħixu nies fir-Rumanija u l-belt kapitali mhux uffiċjali ta’ Transylvania, Cluj-Napoca hi belt ħadra u inklużiva. It-tradizzjoni b’saħħitha tagħha bħala belt universitarja u l-ambizzjoni tal-iżvilupp urban jagħmluha belt ewlenija għat-tisħiħ urban tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB). Hi tospita ċ-ċentru CREIC għall-industriji kreattivi, u waħda mill-akbar universitajiet tal-UE, li jwassluha biex issib postha fil-lista tal-ibliet Mudell ROCK Role, hekk kif turi kif il-wirt kulturali hu sors ta’ riġenerazzjoni, żvilupp, u tkabbir.

U kif tkun hawn, ħu l-opportunità biex iżżur il-bini antik Casino ta’ Cluj-Napoca, li jinsab f’nofs il-Park Ċentrali u issa jservi bħala Ċentru Kulturali Urban.

Hekk kif tkun miexi madwar il-belt, tinsiex tħares ’il fuq lejn il-bini meraviljuż ta’ stil Gotiku. Jew agħmel żjara bi gwida fil-Mużew tal-Etnografika Romulus Vuia biex tiskopri l-kultura folkloristika tat-Transilvanja.

Il-Ġnien Botaniku wkoll jistħoqqlu żjara, bil-ġonna Rumani u Ġappuniżi, il-Mużew Botaniku, u l-pjanti u l-fjuri kkuluriti tiegħu.

Għandek aptit tara film jew tisma’ ftit mużika live? Jekk qed iżżur il-belt matul il-Festival Internazzjonali tat-Transilvanja (TIFF), b’xortik! U titlifx l-opportunità tal-Hairgonomy Hair Salon innovattiv, li regolarment jospita DJs u wirjiet ta’ mużika live.

Image
CLUJ-NAPOCA
Coordinates
46.7834135,23.4729906
Tags with icon
Rediscover the history
Rich in green spaces
Name
Sighișoara
Country
Ir-Rumanija
Population
26370
Why visit?

Sighișoara hija waħda mill-eqdem bliet abitati fid-dinja. Il-belt hija parti mill-Programm tal-Bliet ta’ Patrimonju Dinji tal-UNESCO u taf l-oriġini tagħha lill-kultura tas-Sassonja Transilvanjana. Dan il-programm għandu l-għan li jippreserva l-valur storiku tal-belt kif ukoll li jsaħħaħ l-aspetti moderni tagħha, li jirriżulta f’taħlita b’suċċess ta’ tradizzjoni u innovazzjoni fl-ispirtu tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB).

Iċ-ċentru storiku tagħha, jew iċ-Ċittadella Sighișoara, sar Sit ta’ Patrimonju Dinji tal-UNESCO fl-1999. Ħalli lilek innifsek tintilef fit-toroq pavimentati bil-ġebel tond u pedonali, b’binjiet ikkuluriti fuq kull naħa, bħall-Casa Venețiană bil-faċċata ħadra tagħha.

Għandek kurżità dwar it-tradizzjonijiet Medjevali? Mela ma tistax ma tmurx sal-Festivals Medjevali jekk qed tippjana li tkun hemm meta jiġu organizzati.

Image
SIGHISOARA
Coordinates
46.2230343,24.7761976
Tags with icon
UNESCO World Heritage List
Rediscover the history
Name
Bucharest
Country
Ir-Rumanija
Population
1829897
Why visit?

Bil-proġett tal-kompost Food for the Earth, Bucharest qed taħdem lejn l-għajxien sostenibbli. Tospita wkoll żewġ finalisti tal-Premju Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB): id-Dăm Click pe România (Ejjew Nikklikkjaw ir-Rumanija), li tagħmel donazzjonijiet ta’ kompjuters rinnovati biex tnaqqas id-distakk edukattiv; u l-Metakitchen, installazzjoni li l-għan tagħha hu li tirkupra riċetti storiċi.

Mhux ta’ b’xejn li Bucharest hi magħrufa wkoll bħala ċ-“Ċkejkna Pariġi tal-Lvant”: għandha arkitettura sabiħa ferm. L-Arcul de Triumf, il-Mużew George Enescu u l-Pasaj Macca-Vilacrosse huma biss xi wħud mill-postijiet ħelwin li jfakkruk fil-kapitali Franċiża – iżda li jistħoqqilhom żjara għal dak li għandhom x’joffru.

Mur mixja trankwilla lejn il-belt l-antika biex tassorbixxi l-atmosfera storika tal-belt. U jekk tinzertalek ġurnata xita u għandek bżonn tara ftit kulur, mur lejn Pasajul Victoriei, fejn se ssib it-triq kollha miksija bl-umbrelel.

Image
Bucharest
Coordinates
44.4379269,26.024598
Tags with icon
Sustainable initiatives
NEB prize
Name
Plovdiv
Country
Il-Bulgarija
Population
348000
Why visit?

Il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2019, Plovdiv użat l-istatus tagħha bħala ċentru kulturali biex taċċellera t-tranżizzjoni tagħha biex issir mudell sostenibbli, sabiħ u inklużiv, kif ukoll biex tieħu passi biex tindirizza t-tniġġis tal-arja.

Proġett kbir li jinkorpora l-valuri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB) fi Plovdiv huwa l-Urban Dreams. Dan il-proġett adotta approċċ sostenibbli u artistiku biex jagħti ħajja ġdida lil żoni vojta tad-Distrett Kapana, f’impenn viżibbli għall-innovazzjoni, l-iskoperta, il-kultura u l-kreattività.

Il-pajsaġġ tal-belt ta’ Plovdiv ġie ttrasformat permezz ta’ xogħol artistiku: madwar il-belt, se ssib graffiti minn artisti nisa, bħala parti mill-proġett Sense of a City ispirat mill-idea ta’ inklużività, sikurezza u sostenibbiltà.

Waqt li tkun fi Plovdiv, tonqosx li żżur il-Mużew Etnografiku Reġjonali: mhux biss biex tammira l-faċċata pittoreska tiegħu, iżda biex tikseb sens reali ta’ tradizzjonijiet u kultura Bulgari ladarba tkun ġewwa.

Image
Plovdiv
Coordinates
42.1441622,24.6691163
Tags with icon
Sustainable initiatives
Urban renewal
European Capital of Culture
Name
Istanbul
Country
It-Turkija
Population
15636000
Why visit?

Istanbul – il-belt li taqsam żewġ kontinenti – ġiet inkluża fin-Network tal-Bliet Kreattivi tal-UNESCO bħala ċentru għad-disinn. Il-fiera annwali tal-arti Kontemporanja ta’ Istanbul, li tenfasizza ideat kreattivi ġodda, hija biss opportunità waħda għall-ispirtu kreattiv tal-belt.

Biex tieħu idea tat-tradizzjonijiet antiki, żur is-suq tal-ikel ta’ Kadiköy, fejn il-karettuni tal-ikel ġew immaġinati mill-ġdid f’kunċett innovattiv mit-TAK, grupp ta’ artist u disinjaturi.

Eżempju impressjonanti tal-vjaġġ ta’ Istanbul lejn l-għanijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB), bħal li tkun ekoloġika u inklużiva, huwa l-pedestrijanizzazzjoni taż-żona ta’ Laleli, fejn tista’ timxi fit-toroq tagħha mingħajr karozzi matul il-jum.

Jekk tixtieq tmur lura sew fiż-żmien sal-era Ottomana, titlifx il-Moskea Blu, waħda mil-landmarks kulturali u storiċi tat-Turkija; jew il-Palazz Topkapi, li kien ir-residenza ewlenija tas-slaten Ottomani għal ħafna sekli.

Image
Istanbul
Coordinates
41.0054958,28.8720967
Tags with icon
UNESCO World Heritage List
Sustainable initiatives