Skip to main content
Submitted by Alexia THOMAS on
Draw lines
No
Color
#528C3B
Cities/Points
Name
Galway
Icon on Map
Country
L-Irlanda
Population
74000
Why visit?

Il-belt ta’ Galway, li tinsab mal-kosta tal-Punent tal-Irlanda fil-provinċja ta’ Connacht, ingħatat il-Premju Ewropew Green Leaf fl-2017. Il-belt hija mdawra bi msaġar estensivi u x-xmara Irlandiża Corrib tgħaddi miċ-ċentru tagħha, u dan jagħmel minn dawn l-inħawi post eċċellenti għall-ħajja selvaġġa u għall-bijodiversità. Barra minn hekk, bosta mill-bajjiet li jinsabu fil-Punent ’il barra mill-port ta’ Galway ingħataw l-istatus tal-Bandiera Blu mill-UE minħabba l-kwalità għolja tal-ilma għall-għawm tagħhom – dan jagħmilhom perfetti biex tikri rota u tesplorahom.

Image
Galway
Coordinates
53.2838831,-9.1311467
Tags with icon
European Green Leaf Award winner
Marine metropolis
Plenty of parks
Name
Il-Belt Valletta
Icon on Map
Country
Malta
Population
224000
Why visit?

Il-belt kapitali Maltija, Valletta, intgħażlet bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018 u hija sit ta’ Patrimonju Dinji tal-UNESCO. Hija miżgħuda bl-attrazzjonijiet, fosthom it-toroq dojoq u l-ġonna sigrieti tagħha. Il-belt ingħaqdet ma’ pajjiżi oħrajn fl-Ewropa fil-wiegħda li sal-2050 jkunu saru newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju, minbarra li jnaqqsu t-tniġġis tal-plastik fil-Baċir tal-Mediterran. Il-kosta lejn il-Majjistral tal-Belt Valletta hija sit tan-Natura 2000 maħsub biex jipproteġi d-delfin geddumu qasir u l-fekruna ġgantija. Huwa post tajjeb ħafna għall-għawm bl-isnorkel biex tapprezza s-sbuħija tal-baħar u ta’ dak li jgħix fih!

Image
Il-Belt Valletta
Coordinates
35.8984603,14.5077583
Tags with icon
European Green Leaf Award winner
Marine metropolis
Plenty of parks
Name
Il-muntanji Troodos
Icon on Map
Country
Ċipru
Why visit?

L-akbar katina ta’ muntanji ta’ Ċipru, il-muntanji Troodos, hija kkaratterizzata minn mogħdijiet imżerżqin mal-ġnub tal-muntanji li joffru l-opportunità għal mixjiet stimulanti, irħula tal-muntanji li jħajruk itterraq fihom, u knejjes Biżantini biex tesplorahom. L-ogħla quċċata ta’ din il-katina ta’ muntanji tissejjaħ il-Muntanja Olimpu – għalkemm mhijiex il-muntanja li għamlitha famuża l-mitoloġija (dik qiegħda l-Greċja!). Jiġifieri, minkejja li m’għandekx tippretendi li se tara xi allat tal-qedem, il-Muntanja Olimpu xorta waħda toffri veduti impressjonanti tal-pajsaġġ Ċiprijott. Bejn il-borra tax-xitwa u t-temperaturi qliel tas-sajf, il-muntanji Troodos joffru xi ħaġa għal kulħadd. Il-park imsaġġar nazzjonali tat-Troodos huwa sit tan-Natura 2000 protett mill-UE, li jikkontribwixxi biex il-ħajja selvaġġa u l-bijodiversità Ċiprijotti jiffjorixxu. Kun ċert li tieħu miegħek tromba biex meta tkun hemm tosserva l-għasafar mill-qrib!

Image
Troodos
Coordinates
34.921975,32.8404563
Tags with icon
Plenty of parks
Wonderful for wildlife
Name
Reykjavik
Icon on Map
Country
L-Islanda
Population
130000
Why visit?

Reykjavík hija belt ħelwa, mimlija kafetteriji kennija, kultura kreattiva, u xena mużikali popolari. Bis-saħħa tas-sistemi vulkaniċi tal-Iżlanda, madwar 85% tal-użu totali tal-enerġija tagħha jiġi minn sorsi rinnovabbli ġġenerati domestikament bħall-enerġija idroelettrika u l-enerġija ġeotermali. Dan ifisser ukoll li hemm spas naturali fantastiċi u banjijiet termali li tista’ żżurhom waqt li tkun f’Reykjavík. Il-kredenzjali ekoloġiċi tal-belt kapital tal-Iżlanda huma ċari; kienet finalista tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa fl-2013 u hija waħda mill-aktar bliet ekoloġiċi fid-dinja, bis-saħħa ta’ 411-il metru kwadru ta’ spazju aħdar għal kull persuna. 

Image
Rejkjavik
Coordinates
64.1334671,-21.9348418
Tags with icon
Climate Neutral 2030
Plenty of parks
Powered by renewables