Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Korp Ewropew ta’ Solidarjetà - Tipi ta’ Attivitajiet

ATTIVITAJIET TA’ VOLONTARJAT

Il-volontarjat individwali  jippermetti li ż-żgħażagħ jipparteċipaw fix-xogħol ta’ kuljum tal-organizzazzjonijiet u jdum bejn xahrejn u 12-il xahar, u f’xi każijiet,  ġimagħtejn u aktar. Il-parteċipanti jistgħu jagħmlu volontarjat barra mill-pajjiż jew fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom għal proġetti li jkopru l-inklużjoni soċjali, l-ambjent, il-kultura, u aktar.

It-timijiet ta’  volontarjat huma gruppi ta’ 10-40 żagħżugħ minn tal-anqas żewġ pajjiżi differenti li jagħmlu volontarjat flimkien għal perjodu ta’ bejn ġimagħtejn u xahrejn. L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel huma koperti. Il-parteċipanti jirċievu wkoll allowance żgħira għall-ispejjeż personali.

 

TRAINEESHIPS U IMPJIEGI

It-traineeshipsjgħoddu bħala prattika ta’ xogħol full-time u jdumu bejn xahrejn u 6 xhur — li jistgħu jiġġeddu darba. Dawn jitħallsu mill-organizzazzjoni responsabbli għat-traineeship. It-trainees jiżviluppaw il-ħiliet personali, edukattivi, soċjali, ċiviċi u professjonali tagħhom.

L-impjiegi  huma full-time u jdumu bejn 3 u 12-il xahar. Dawn jitħallsu mill-organizzazzjoni li timpjega lill-parteċipant.

It-traineeships u l-impjiegi jistgħu jseħħu fil-pajjiż ta’ residenza tal-parteċipant jew barra mill-pajjiż. Jekk il-parteċipanti jkunu jmorru barra pajjiżhom, huma jirċievu allowance żgħira bħal għajnuna biex immorru jgħixu f'dak il-pajjiż u jissettiljaw f’pajjiż barrani.

Il-parteċipanti f’attivitajiet ta’ volontarjat, traineeships u impjiegi jiksbu appoġġ lingwistiku, taħriġ u mentoring online. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom lejn il-post tal-proġett u lura minnu huma koperti.

 

PROĠETTI TA’ SOLIDARJETÀ

Il-proġetti ta’ solidarjetà jinbdew, jiġu żviluppati u jiġu implimentati matul perjodu ta’ bejn xahrejn u 12-il xahar b’mill-inqas ħames żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu bidla pożittiva fil-komunità lokali tagħhom. Iż-żgħażagħ li jixtiequ jmexxu proġett ta’ solidarjetà fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom iridu jirreġistraw fil-portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.