Networks
In-Network Ewropew ta’ Solidarjetà
In-Network Ewropew ta’ Solidarjetà huwa komunità żagħżugħa li lill-parteċipanti tagħha jgħaqqduhom flimkien interess u viżjoni komuni biex jinħoloq network Ewropew li fih kulħadd jaħdem id f’id biex tittejjeb l-esperjenza taż-żgħażagħ li jieħdu sehem fil-Korp. Tista’ faċilment tagħmel kuntatt ma’ membri oħrajn tal-Korp.
Il-EuroPeers
Il-EuroPeers huma żgħażagħ li kisbu esperjenza Ewropea fl-ambitu tal-programmi taż-żgħażagħ tal-UE u li jridu jaqsmuha ma’ nies bħalek, li tixtiequ tagħmlu l-istess esperjenza.
Huma ambaxxaturi għall-Programm Erasmus+ għaż-Żgħażagħ, għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, u għal skemi nazzjonali oħrajn li jgħinu liż-żgħażagħ imorru minn post għall-ieħor madwar l-Ewropa biex jaħdmu u jitgħallmu.
Il-EuroPeers jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom stess u jiġu mistednin minn skejjel, uffiċċji tal-assistenza soċjali għaż-żgħażagħ, jew ċentri kulturali biex jagħmlu preżentazzjonjiet. Kulma jagħmlu jagħmluh fuq bażi volontarja.