Skip to main content
Submitted by Beatriz RODRIG… on
Draw lines
Yes
Color
#83E25D
Cities/Points
Name
Strasburgu
Country
Franza
Population
122853
Why visit?

Strasburgu hija waħda mill-aktar bliet favur ir-roti fi Franza u l-ħames l-aktar belt favur ir-roti fl-Ewropa, b’600 km ta’ mogħdijiet għar-roti li jkopru ż-żona urbana kollha. Jekk dan jispirak biex tmur bir-rota, ikun faċli għalik bl-iskema ta’ self-service bike share ta’ Strasburgu li għandha 6,000 rota disponibbli 24/7. Din il-belt tospita wkoll il-Parlament Ewropew (miftuħ biex iżżuru sitt ijiem fil-ġimgħa b’xejn), il-Katidral ta’ Notre-Dame, La Maison des Ponts Couverts u ċ-ċentru tal-belt jinsab fil-lista tal-UNESCO.
 

Image
Strasburgu - Franza
Coordinates
48.569045,7.6796794
Tags with icon
Bikeable City
UNESCO World Heritage List
European Heritage Label
Name
Il-Lussemburgu
Country
Il-Lussemburgu
Population
114303
Why visit?

B’rotot għar-roti li jvarjaw minn 5 km sa 13-il km, il-belt tal-Lussemburgu hija post sabiħ biex taqbad bir-rota. Se ssib rotot li jgħaddu mid-distretti ta’ Kirchberg, l-Istazzjon Ferrovjarju u l-Belt l-Antika, kif ukoll il-wied tax-xmara Alzette. Forsi l-pajsaġġ sabiħ għaċ-ċikliżmu huwa r-raġuni għala l-pajjiż tal-Lussemburgu h akbar milli fil-fatt hu f’dak li jirrigwarda l-isportivi stilel taċ-ċikliżmu. Jekk tixtieq tgawdi n-natura, huwa faċli li taħrab mill-belt bir-rota u tesplora waħda mis-600 km ta’ rotot taċ-ċikliżmu tal-pajjiż u 700 km ta’ mogħdijiet għar-roti tal-muntanji. Il-Belt tal-Lussemburgu hija faċli wkoll biex iddurha bil-mixi u għal persuni b’diżabilità, fatt li ġie rikonoxxut fl-2022 meta ġiet l-ewwel fil-Premju Access City.

Image
Il-Belt tal-Lussemburgu - Il-Lussemburgu
Coordinates
49.8148821,5.8036937
Tags with icon
Plenty of Nature
Bikeable City
Access City Award Winner
Name
Antwerp
Country
Il-Belġju
Population
506922
Why visit?

Hekk kif tasal fl-istazzjon ċentrali sabiħ ta’ Antwerp, se tolqtok l-arkitettura inkredibbli tal-belt. Mill-ġawhar ta’ art nouveau partikolari għal arkitettura moderna bħad-Dar tal-Port mill-perit Zaha Hadid, il-belt hija mimlija bini interessanti, u titpaxxa timxi fiha. Antwerp għandha wkoll aktar minn 500 km ta’ mogħdijiet għar-roti sikuri u komdi u n-network ta’ salib it-toroq numerati tagħha u l-ippjanar tar-rotot tal-belt jagħmluha faċli biex wieħed jinnaviga, anke għall-viżitaturi. Tista’ tiġbor rota mill-iskema tal-belt, li għandha kważi 300 stazzjon b’4,200 rota. Huwa faċli li wieħed jara għaliex hija kklassifikata bħala r-raba’ l-aqwa belt taċ-ċikliżmu fid-dinja.

Image
Antwerp - Il-Belġju
Coordinates
51.2603646,4.1929688
Tags with icon
Former Olympic City
Walkable City
Bikeable City
Name
Utrecht
Country
in-Netherlands
Population
599000
Why visit?

L-Olandiżi huma famużi għall-użu tar-rota u meta żżur Utrecht, huwa faċli tara għala r-rota tirrenja. It-tielet l-aqwa belt taċ-ċikliżmu fid-dinja kollha, din il-belt għandha 420 km ta’ mogħdijiet għar-roti u qed tinvesti b’mod kostanti fl-infrastruttura biex tagħmel iċ-ċikliżmu aktar attraenti. Iċ-ċentru storiku tal-belt ta’ Utrecht, magħmul minn żoni pedonali, toroq medjevali u kanali pittoreski, huwa wkoll tajjeb biex timxi fih u huwa paċifiku għal kollox. Filwaqt li tkun hemm, esplora s-sistema tal-kanal unika ta’ 2 livelli ta’ Utrecht. Il-livell aktar baxx oriġinarjament kien jintuża min-negozjanti biex iħottu l-oġġetti direttament fil-kantini u issa, wara perjodu ma jintużawx, ġew ikkonvertiti f'kafetteriji, ħwienet u ristoranti mimlijin.

Image
Utrecht - In-Netherlands
Coordinates
52.0840839,4.9266079
Tags with icon
Walkable City
Bikeable City
Name
Hamburg
Country
Il-Ġermanja
Population
1906411
Why visit?

Il-Lagi Alster, ix-xmara Elbe u għadd kbir ta’ parks bħal Altonaer Volkspark, Öjendorfer Park, Wasserpark Dove-Elbe u Harburger Stadtpark jagħtu lil Hamburg trankwillità u konnessjoni man-natura li jagħmluha ċara għaliex kienet il-Belt Kapitali Ekoloġika Ewropea fl-2011. Minbarra li hija mimlija ħdura, hija belt ċatta, ideali għaċ-ċikliżmu fuq waħda mill-ħafna mogħdijiet tar-roti tagħha jew biex tgħaddi minna fuq ir-rotta EuroVelo 3. Jekk m’għandekx rota tiegħek stess, issellef waħda mir-roti tal-belt bi prezz raġonevoli. Hamburg irċeviet referenza speċjali għall-ambjent mibni mill-Premju Access City fl-2023.

Image
Hamburg - Il-Ġermanja
Coordinates
53.5584587,9.7630181
Tags with icon
Bikeable City
European Green Capital
Access City Award Winner
Name
Copenhagen
Country
Id-Danimarka
Population
602481
Why visit?

Mur sal-belt kapitali Daniża u tara għaliex hija magħrufa sew bħala waħda mill-aqwa bliet għaċ-ċikliżmu fid-dinja bis-saħħa ta’ pontijiet innovattivi għar-roti, 546 km ta’ mogħdijiet għar-roti, superawtostradi għar-roti u impenn biex tittejjeb b’mod konsistenti l-ħajja għall-150,000 persuna li jużaw ir-rota biex kuljum imorru x-xogħol jew l-istituzzjonijiet edukattivi. Waqt li tkun hemm, tista’ tipprova tiskopri għaliex iċ-ċittadini ta’ Copenhagen huma b’mod regolari msemmija bħala wħud mill-aktar nies kuntenti fid-dinja. Din tista’ tkun il-prossimità għall-ilma u l-assoċjazzjoni tiegħu ma’ benesseri fiżiku u mentali pożittiv jew il-prattika Daniża tal-hygge – meta wieħed joħloq atmosfera ta’ mħabba mal-għeżież tiegħek u tqatta’ ħin magħhom. Forsi l-ħajja fil-Belt Kapitali Ekoloġika Ewropea tal-2014, bil-ħafna parks u spazji ekoloġiċi tagħha, li li għolli l-moral tan-nies? Tista’ taħseb fuq il-mistoqsija hekk kif tpoġġi f’kafetterija komda jew tiekol bil-qalb wieħed mill-weinerbrød famużi tal-pajjiż - pasti tal-butir li jinżlulek għasel. Forsi huma sigrieti għall-kuntentizza?

Image
Copenhagen - Id-Danimarka
Coordinates
55.6711686,12.4379416
Tags with icon
Bikeable City
European Green Capital
Happy City