Skip to main content
© Steven Lelham - Unsplash © Steven Lelham - Unsplash

Ibda l-MOVE Week: #NowWeMove!

L-aħħar aġġornament sar fi L-Erbgħa, 10/07/2024

L-isport u l-attività fiżika jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tiegħek billi jagħtuk iktar saħħa u enerġija u jgħinuk tindirizza aħjar l-istress u torqod aħjar. Ħu l-inizjattiva matul il-MOVE Week

Il-MOVE Week hija avveniment annwali fl-Ewropa kollha li jsir f’Mejju, li jippromwovi l-benefiċċji ta’ parteċipazzjoni regolari fl-isport u fl-attività fiżika. Il-MOVE Week hija pjattaforma miftuħa għal kull min għandu interess li jġib in-nies attivi biex juru l-attività jew l-avveniment tagħhom fil-komunità tagħhom. B’riżultat ta’ dan, kull sena aktar minn 4 miljun parteċipant għandhom iċ-ċans li jieħdu sehem fl-attivitajiet organizzati matul il-Ġimgħa! 

Il-MOVE Week u l-kampanja NowWeMOVE huma kkoordinati mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Isport u l-Kultura (ISCA) b’kollaborazzjoni mal-Federazzjoni Ewropea taċ-Ċiklisti (ECF) bl-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni Ewropea.

X’jiġri?

Matul il-ġimgħa, l-organizzazzjonijiet u bliet li jipparteċipaw jorganizzaw avvenimenti biex iħeġġu liċ-ċittadini ħalli jingħaqdu flimkien u jipparteċipaw fl-isport jew attivitajiet fiżiċi oħrajn. L-ispirtu huwa divertenti filwaqt li jlaqqa’ l-komunità lokali madwar attività komuni.
Eluf ta’ avvenimenti jseħħu b’mod simultanju f’festival ta’ ġimgħa ta’ sport u attività fiżika li jinkludu avvenimenti ta’ jum għall-pubbliku jew “provi” fi klabbs lokali, avvenimenti tal-mixi, fun runs, ġiti bir-roti, avvenimenti sportivi fit-toroq u avvenimenti sportivi tal-iskola. Jekk dejjem xtaqt tipprova attività ġdida, tagħmel ħbieb ġodda jew tibda stil ta’ ħajja aħjar għas-saħħa, dan il-mument!

Impenja ruħek fil-MOVE Week

Il-ġimgħa MOVE Week hija miftuħa għal kulħadd mill-Ewropa kollha. Jekk inti parti minn klabb sportiv jew skola, għalfejn ma tissuġġerixxix li torganizzaw attività matul il-MOVE Week? 
Il-ġimgħa hija appoġġjata minn kampanja li tippromwovi l-isport u l-attività fiżika #NowWeMove. Il-viżjoni tagħha hija li ġġib “100 miljun Ewropew aktar attivi fl-isport u fl-attività fiżika sal-2020”. Jekk ma tistax tipparteċipa fl-avvenimenti, tista’ tingħaqad online u/jew tieħu sehem f’azzjonijiet oħra, bħal pereżempju n-NoElevatorsDay fid-29 ta’ April ta’ kull sena.