Skip to main content
Submitted by Elisavet KOZAKOU on
Draw lines
Yes
Color
#006400
Cities/Points
Name
Białystok
Country
Il-Polonja
Population
300000
Why visit?

Il-laqam ta’ Białystok bħala l-“pulmuni ħodor” tal-Polonja jitkellem għalih innifsu: bil-parks, il-pjazez u l-foresti tagħha, terz tal-belt huma okkupati min-natura f’armonija sħiħa mal-iżvilupp urban sostenibbli promoss mill-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB).

L-ewwel “park tal-but” tal-belt huwa verament rivoluzzjonarju. Imfassal għal persuni ta’ kull età, dan il-park żgħir iżda akkoljenti għandu bankijiet iddedikati għall-anzjani u l-persuni b’diżabbiltà, bandli għat-tfal, dawl li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, u postijiet għar-roti.

Bis-saħħa tal-prossimità ta’ Białystok mal-fruntieri tal-Polonja mal-Litwanja, ir-Russja, il-Belarussja u l-Ukrajna, il-belt attirat ħafna migranti matul is-snin, li wassal għall-ispirtu miftuħ tagħha. Flimkien mal-maġġoranza tal-popolazzjoni Lhudija li tmur lura għas-snin 1900, issa hemm ukoll komunità Musulmana żgħira tat-Tatar b’ċentru Iżlamiku u dar ta’ talb.

Għal serata sofistikata, l-Opera u l-Filarmonija ta’ Podlasie huma l-akbar u l-aktar istituzzjoni kulturali moderna tal-belt. U bl-istruttura tal-ħġieġ tagħha, id-dekor intern naturali u l-veduti panoramiċi mis-saqaf tagħha mgħotti mill-pjanti, żgur ma tistax ma żżurx din il-binja.

Image
Białystok
Coordinates
53.1277077,23.0860266
Tags with icon
Rich in green spaces
Name
Kaunas
Country
Il-Litwanja
Population
700000
Why visit?

It-tieni l-akbar belt fil-Litwanja, li tinsab fejn jiltaqgħu x-xmajjar Nemunas u Neris, Kaunas tinkorpora l-ispirtu tal-libertà tal-ħsieb. Mhux ta’ b’xejn il-belt għandha triq bl-isem ta’ Triq il-Libertà (Laisves Aleja bil-Litwan), li b'tul ta’ 1.6km hija waħda mill-itwal fl-Ewropa.

Bħala parti mill-Festival tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB), din il-belt moderna ospitat avveniment parallel dwar ir-rwol tad-disinn f’ekonomija ċirkolari. Il-belt tospita wkoll l-għodda tal-immappjar diġitali Genius Loci, li tfasslet u nħolqot miċ-ċittadini biex tissalvagwardja u timmonitorja l-iżvilupp urban tad-distrett ta’ Šančiai. Flimkien, il-mapep joħolqu kundizzjonijiet għat-tisħiħ u l-iffaċilitar taċ-ċittadinanza kollettiva.

Bħala parti mill-Kapitali Ewropea tal-Kultura ta’ Kaunas 2022, il-belt qed tinbidel progressivament f’“palk wieħed kbir għall-Ewropa”, u qed tospita mijiet ta’ avvenimenti differenti fuq ġewwa u fl-apert.

Waqt li tkun hemm, tista’ żżur il-vapur NEMUNO7, post ewlieni tal-ECOC li jirrifletti l-valuri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Din id-dgħajsa qadima tat-tip digger ġiet ittrasformata fi spazju kulturali biex tħeġġeġ ir-riflessjoni dwar ir-rwol li l-ilma għandu fin-natura.

L-inklużjoni u l-aċċessibbiltà huma karatteristiċi ewlenin f’diversi postijiet fil-belt. Pereżempju, il-Palazz Presidenzjali Storiku jipprovdi gwidi aċċessibbli b’sitt lingwi, inkluż il-lingwa tas-sinjali u l-braille. U jekk titħajjar titgħallem aktar dwar l-istorja tal-belt, is-Citytelling Festival, li jlaqqa’ flimkien il-mużeoloġisti, il-kittieba tat-teatru, l-istoriċi, dawk li jirrakuntaw l-istejjer u l-attivisti lokali, jiċċelebra l-“memorja ta’ Kaunas” multietnika.

Image
Kaunas
Coordinates
54.8900536,23.8572242
Tags with icon
European Capital of Culture
NEB Projects
Name
Riga
Country
Il-Latvja
Population
605000
Why visit?

Kont taf li Riga għandha l-ogħla konċentrazzjoni tal-arkitettura tal-Art Nouveau fid-dinja? Ħu l-opportunità biex tintilef fit-toroq tal-belt hekk kif timxi u tħares ’il fuq lejn il-bini ġloruż tagħha li jħaddan il-valuri u l-objettivi arkitettoniċi tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB).

Il-kapitali Latvjana tospita diversi postijiet ibbażati fuq il-pilastri tal-aċċessibbiltà u s-sostenibbiltà. Pereżempju, il-Mežaparks – fejn jikkonverġu r-rikreazzjoni, il-kultura u n-natura – huwa l-aktar park magħruf tal-belt, bi djar, duni, foresti u lag.

Tixtieq tesplora xi siti li jħalltu l-arkitettura man-natura? Mela kun ċert li żżur il-palazz kulturali Ziemetoblāzma, li jinsab f’nofs park kbir. Jew tista’ tmur tara l-istand tal-Banda l-Kbira ta’ Mežaparks li ġie rinnovat dan l-aħħar, li oriġinarjament inbena fis-snin 1950. Din il-biċċa arkitettura impressjonanti hija qasam rikreazzjonali bi skopijiet multipli, li mhux biss jinkorpora spazji ħodor, iżda huwa mdawwar b’foresta.

Il-Mużew Etnografiku fl-Apert tal-Latvja huwa wieħed mill-eqdem u l-akbar mużewijiet fuq barra fl-Ewropa. Il-118-il binja storika tagħha ppreservata bir-reqqa huma ssettjati f’foresta tal-arżnu vasta, li tagħti lill-viżitaturi sens ta’ libertà hekk kif ikunu qed jesploraw.

Image
Riga
Coordinates
56.9718664,23.9889925
Tags with icon
Rich in green spaces
Name
Tallinn
Country
L-Estonja
Population
426538
Why visit?

Bħala l-Kapitali Ekoloġika Ewropea tal-2023, Tallinn tħaddan fiha l-ispirtu avant-garde urban, tal-libertà, u tal-kura għall-ambjent, li jirrappreżentaw perfettament it-tifsira tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB). L-Awtostrada Pollinator tintegra n-natura fil-pajsaġġ urban billi toħloq mill-ġdid kuritur simili għall-mergħat bejn id-distretti tal-belt. Sadanittant, il-kombinazzjoni tal-istorja Medjevali ta’ Tallinn u l-influwenza post-Sovjetika fuq l-arkitettura tagħha tagħti lill-kapitali Estonjana spirtu ta’ versatilità u li tibqa’ valida mas-snin.

Din il-belt kostali tal-Baltiku għandha varjetà ta’ pajsaġġi li jaqtgħulek nifsek bis-sbuħija, spiss flimkien ma’ spazji sostenibbli u inklużivi, bħall-Mużew tal-Arti ta’ Kumu. Il-Park Kadriorg, li jinsab fuq spazju miftuħ u vast, hu binja funzjonali, moderna u effiċjenti fl-użu tal-enerġija li tħaddan fiha t-tradizzjonijiet tal-bini Estonjani. U ċ-ċentru kulturali tal-Belt Kreattiva ta’ Telliskivi, fejn il-komunitajiet kreattivi jiltaqgħu biex jaqsmu l-kultura inklużiva, ukoll jistħoqqlu żjara. Dan iċ-ċentru, li qabel kien żona industrijali, issa ġie ttrasformat f’post li jospita kull tip ta’ avveniment: se ssib wirjiet u kunċerti, swieq u festivals, boutiques u bistros.

Image
Tallin
Coordinates
59.4717925,24.5981608
Tags with icon
Urban renewal
Sustainable initiatives
NEB Projects
Name
Belt Eroj tal-NEB: Helsinki
Country
Il-Finlandja
Population
650000
Why visit?

Il-kapitali tal-Finlandja hija parti mill-bliet Eroj tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB) u, fl-2021, ospitat diskussjoni dwar id-disinn ibbażata fuq il-prinċipji ewlenin tal-inizjattiva: it-tfassil ta’ bliet b’mod sostenibbli u inklużiv.

Fil-qalba tal-belt insibu l-Librerija Ċentrali ta’ Oodi li hi verament ta’ ispirazjoni u meravilja, magħmula mill-ħġieġ, l-azzar u l-injam f’taħlita ta’ disinn tradizzjonali u innovattiv. Imfassla biex tkun aċċessibbli għal kulħadd, l-ispirtu inklużiv tal-librerija jippermetti liċ-ċittadini kollha, inklużi l-komunitajiet żvantaġġati u ż-żgħażagħ, jaċċessaw l-għarfien.

Ir-riġenerazzjoni urbana hija tema komuni f’Helsinki. Il-Cable Factory, oriġinarjament mibnija għall-industrija fis-snin 1950, issa hija l-akbar ċentru kulturali tal-Finlandja, b’ħames ettari ta’ klabbs sportivi, skejjel tal-arti, mużewijiet, galleriji, u aktar.

Qed tfittex li taħrab mill-istorbju tal-belt? Mela l-Kappella ta’ Kamppi hija l-post għalik. Din il-“Kappella tas-Silenzju” tal-injam hija l-punt perfett biex isserraħ il-menti, u tgawdi ftit paċi u kwiet.

Image
Helsinki
Coordinates
60.109263,24.4445027
Tags with icon
Urban renewal
NEB Projects