Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Stqarrija Speċifika ta’ Privatezza għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Stqarrija Speċifika ta’ Privatezza għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

 

1. Għan

L-għan ta’ din il-konsultazzjoni pubblika huwa li tilqa' l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, u li potenzjalment tippubblikahom fuq l-Internet, taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur taż-Żgħażagħ, l-Edukazzjoni u Erasmus+, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura, li jaġixxi bħala l-Kontrollur.

Billi dan is-servizz onlajn jiġbor u jipproċessa d-dejta personali, japplika r-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta.

 

2. X’informazzjoni personali niġbru u b’liema mezzi tekniċi?

Dejta tal-identifikazzjoni

Id-dejta personali miġbura u li tiġi pproċessata hija d-dejta meħtieġa għall-parteċipazzjoni fil-konsultazzjoni, bħalma huma l-isem u l-kunjom, l-indirizz tal-email, l-età u l-okkupazzjoni attwali, inklużi l-opinjonijiet tagħhom dwar is-suġġetti kkonċernati.

L-operazzjonijiet tal-ipproċessar dwar id-dejta personali konnessi mal-organizzazzjoni u l-ġestjoni ta’ din il-konsultazzjoni pubblika huma meħtieġa għall-ġestjoni u l-funzjonament tal-Kummissjoni, skont il-mandat tagħha mit-Trattati, u b'mod iżjed speċifiku l-artikoli 5, 7 u 211 - 219 tat-Trattat KE.

Informazzjoni teknika

Is-sistema tuża "cookies" tas-sessjoni biex tiżgura l-komunikazzjoni bejn il-klijent u s-server. Għalhekk il-brawżer tiegħek irid ikun konfigurat b'mod li jaċċetta l-"cookies". Madankollu, ma tiġborx informazzjoni personali jew kunfidenzjali tal-ebda tip, u lanqas l-indirizz IP mill-kompjuter tiegħek. Il-cookies jitilqu hekk kif tintemm is-sessjoni.

 

3. Min għandu aċċess għall-informazzjoni tiegħek u lil min tiġi żvelata?

Il-kontribuzzjonijiet li jaslu, flimkien mal-identità tal-kontributur, jiġu ppubblikati fuq l-Internet, sakemm il-kontributur ma joġġezzjonax għall-pubblikazzjoni tad-dejta personali tiegħu minħabba li din il-pubblikazzjoni tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi leġittimi tiegħu jew tagħha. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni tista’ tiġi ppubblikata b’mod anonimu. Inkella, il-kontribuzzjoni ma tiġix ippubblikata, u fil-prinċipju, lanqas ma jiġi kkunsidrat il-kontenut tagħha. Kull oġġezzjoni f'dan ir-rigward għandha tintbagħat lis-servizz responsabbli għall-konsultazzjoni (ara l-informazzjoni ta’ kuntatt hawn taħt).

Il-Kummissjoni Ewropea ma taqsamx id-dejta ma’ partijiet terzi għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta.

 

4. Kif inħarsu u nissalvagwardjaw l-informazzjoni tiegħek?

It-tweġibiet tiegħek, flimkien mal-lingwa magħżula tiegħek użata għall-abbozzar tat-tweġibiet, jiġu rreġistrati f'bażi tad-dejta sigura u protetta, miżmuma miċ-Ċentru tad-Dejta tal-Kummissjoni Ewropea, li l-operazzjonijiet tiegħu huma konformi mad-deċiżjonijiet u mad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-Kummissjoni stabbiliti mid-Direttorat tas-Sigurtà għal dawn it-tipi ta' servers u servizzi. Il-bażi tad-dejta mhix aċċessibbli minn barra l-Kummissjoni. Internament fil-Kummissjoni, wieħed jista’ jaċċessa l-bażi tad-dejta permezz tal-UserId/Password.

 

5. Kif tista’ tivverifika, tbiddel jew tħassar l-informazzjoni tiegħek?

Jekk tkun tixtieq tivverifika liema dejta personali ġiet reġistrata f'ismek mill-kontrollur responsabbli, jew tkun trid timmodifikaha, tikkoreġiha jew tħassarha, għandek tikkuntattjata lill-Kontrollur billi tuża l-Informazzjoni ta' Kuntatt ta' hawn taħt u billi tispeċifika biċ-ċar it-talba tiegħek.

 

6. Għal kemm żmien inżommu d-dejta tiegħek?

Id-dejta personali tiegħek tibqa’ fil-bażi tad-dejta sakemm ir-riżultati jkunu kompletament analizzati u ssir anonima meta jkunu ġew sfruttati, u mhux aktar tard minn sena wara t-tmiem tal-konsultazzjoni.

 

7. Informazzjoni ta’ kuntatt

F'każ li tkun tixtieq tivverifika d-dejta personali li tkun inħażnet f'ismek mill-kontrollur responsabbli, jew jekk tkun trid tibdilha, tikkoreġiha jew tħassarha, jew jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar il-konsultazzjoni pubblika jew dwar xi informazzjoni li tkun ipproċessata fil-kuntest tal-konsultazzjoni, jew dwar id-drittijiet tiegħek, ikkuntattja lit-tim ta’ appoġġ, li jopera taħt ir-responsabbiltà tal-Kontrollur, permezz tal-informazzjoni ta' kuntatt li ġejja:

Id-Direttorat għaż-Żgħażagħ, l-Edukazzjoni u Erasmus +, id-DĠ Edukazzjoni, Żgħażagħ, Sport u Kultura

Email: eu-solidarity-corps@ec.europa.eu

 

8. Rikors

F'każ ta' kunflitt, l-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta