Skip to main content
Submitted by Alexia THOMAS on
Draw lines
Yes
Color
#FD6CBA
Cities/Points
Name
Liżbona
Icon on Map
Country
Il-Portugall
Population
505000
Why visit?

Liżbona hija waħda mill-100 belt fl-Ewropa li wiegħdu li sal-2030 ikunu saru newtrali għall-klima bħala parti mill-Missjoni tal-UE dwar il-Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti. Bħala l-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa 2020, Liżbona tieħu s-sostenibbiltà bis-serjetà. Il-belt kapitali Portugiża, li hija famuża għall-għoljiet pittoreski u għall-gastronomija kostali tagħha, naqqset bin-nofs l-emissjonijiet tas-CO2 tagħha bejn l-2002 u l-2014, u issa qiegħda minn ta’ quddiem f’termini ta’ trasport pubbliku, vetturi elettriċi, inizjattivi favur iċ-ċikliżmu, u l-provvista ta’ parks u ġonna ħodor. Tixtieq tara veduti sbieħ minn post fejn iġġib il-belt taħtek? Mur passiġġata fil-Jardim do Torel.

Image
Liżbona
Coordinates
38.7440722,-9.2009352
Tags with icon
European Green Capital
Green ways of getting around
Plenty of parks
Climate Neutral 2030
Name
Valladolid
Icon on Map
Country
Spanja
Population
300000
Why visit?

Imkenna fil-wied tax-xmara Pisuerga, Vallodolid hija belt impenjata favur is-sostenibbiltà. Żoni ta’ msaġar urbani jgħinu biex jassorbu l-emissjonijiet tal-karbonju tal-belt, u hemm kważi 1.500 mogħdija għaċ-ċiklisti biex ir-residenti jkunu jistgħu jmorru minn post għal ieħor mingħajr ma jagħmlu ħsara lill-ambjent. Il-provinċja tal-madwar hija famuża għall-kastelli storiċi bħal Castillo de Simancas. Għalhekk, għaliex ma tikrix rota u tesplora wieħed minn dawn it-teżori Spanjoli moħbijin?

Image
Valladolid
Coordinates
41.7031357,-4.9736207
Tags with icon
Bicycle-friendly
Plenty of parks
Climate Neutral 2030
Name
Victoria-Gasteiz
Icon on Map
Country
Spanja
Population
247000
Why visit?

Vitoria-Gasteiz, li tinsab biss siegħa bogħod minn Bilbao, ngħatat it-titlu tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa fl-2012 – u faċli li wieħed jifhem għaliex. Il-belt hija mdawra b’“ċinturin aħdar” ta’ muntanji u foresti, u l-popolazzjoni kollha tagħha toqgħod mhux aktar minn 300 metru ’l bogħod minn spazju aħdar. Il-park ċentrali ta’ La Florida, li huwa ġnien botaniku b’aktar minn 90 speċi ta’ siġar, huwa post tajjeb ħafna biex tirrilassa fih u tassorbi l-atmosfera tal-post. Il-park fih saħansitra dar kulturali, iddedikata għall-kittieb Spanjol José Ignacio de Aldecoa, li fiha l-librerija tagħha stess.

Image
Victoria-Gasteiz
Coordinates
42.8540351,-2.6977576
Tags with icon
European Green Capital
Plenty of parks
Wonderful for wildlife
Climate Neutral 2030
Name
Zaragoza
Icon on Map
Country
Spanja
Population
665000
Why visit?

Zaragoza hija l-belt kapitali tar-reġjun Spanjol ta’ Aragona u hija famuża għall-istorja Rumana tagħha, għall-ikel uniku, u għall-arti urbana dinamika. Iżda, lil hinn minn dan, il-belt qiegħda wkoll tidħol għall-impenn favur l-ambjent. Il-Parque del Agua “Luis Buñuel” huwa park kbir li jinsab fil-Majjistral taċ-ċentru tal-belt. Il-park ekoloġiku pubbliku, li jkopri aktar minn nofs kilometru kwadru ta’ raba’ mhux użat, huwa eżempju eċċellenti ta’ żvilupp mill-ġdid ekoloġiku u llum il-ġurnata joffri attivitajiet bħar-rafting u l-irkib taż-żwiemel. Jekk tippreferi xi ħaġa aktar kalma, tista’ tmur ukoll taqdef fuq dgħajsa fil-lag li hemm fil-park.

Image
Zaragoza
Coordinates
41.6516839,-0.9361805
Tags with icon
Plenty of parks
History lovers
Climate Neutral 2030
Name
Montpellier
Icon on Map
Country
Franza
Population
297000
Why visit?

Montpellier iżewweġ it-temp sabiħ tal-kosta tal-Mediterran mal-istorja affaxxinanti tal-medjuevu, u huwa post li ma tistax taqbżu fil-vjaġġ tiegħek tad-DiscoverEU. Il-kosta nnifisha fiha l-laguni Palavasian, numru ta’ lagi impressjonanti li huma protetti mill-UE bħala siti tan-Natura 2000. Peress li ż-żona spiss tkun soġġetta għal mewġiet estremi tas-sħana, il-protezzjoni tgħin fil-konservazzjoni tal-ħajja selvaġġa fil-laguni. Sit ieħor tan-Natura 2000 fil-belt hija x-xmara Lez, li tgħaddi mill-Parc du Domaine de Méric. Fil-park hemm ir-residenza preċedenti tal-pittur impressjonista Franċiż Bazille u, għalhekk, kemm jekk trid issir taf aktar dwar ħajtu jew sempliċiment tgawdi mixja għall-kwiet tul ix-xmara, il-park joffri xi ħaġa għal kulħadd.

Image
Montpellier
Coordinates
43.6100088,3.8329698
Tags with icon
Marine metropolis
Wonderful for wildlife
Name
Lyon
Icon on Map
Country
Franza
Population
1066000
Why visit?

Il-mogħdija għaċ-ċiklisti ViaRhôna, twila 815-il km, tgħaddi minn Lyon u toffri lill-vjaġġaturi tad-DiscoverEU l-opportunità li jesploraw in-Nofsinhar ta’ Franza b’mod sostenibbli fuq żewġ roti. Il-mogħdija għaċ-ċiklisti issegwi x-xmara li sserrep tar-Rhône u tgħaddi minn widien u minn ġonna tas-siġar taż-żebbuġ, mil-Lag ta’ Ġinevra sa Lyon u, eventwalment, sax-xtajtiet Mediterranji ta’ Franza. Jekk ikollok xi ħin waranofsinhar li ma tkunx taf kif se tqattgħu, għax ma taqbadx din il-mogħdija biex tiskopri s-sbuħija tar-reġjun?

Image
Lyon
Coordinates
45.7579211,4.7527294
Tags with icon
Green ways of getting around
Bicycle-friendly
Climate Neutral 2030
Name
Strasburgu
Icon on Map
Country
Franza
Population
401000
Why visit?

Ħafna drabi l-belt ta’ Strasburgu titqies bħala l-ħolqa bejn il-kultura Franċiża u dik Ġermaniża, u ċ-ċentru kollu tagħha huwa sit ta’ patrimonju tal-UNESCO. Il-belt kienet waħda mill-finalisti tal-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa fl-2021, u qiegħda fuq quddiem fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-titjib tal-kwalità tal-arja. Fl-2012, il-belt ta’ Strasburgu nediet il-karta Ilkoll magħqudin għal aktar bijodiversità, li tipproteġi l-foresti, il-parks, u l-ħajja selvaġġa tal-belt billi toħloq ħabitats għal speċijiet bħan-naħal, tiskoraġġixxi l-użu tal-pestiċidi fuq l-għelejjel, u tinstalla soqfa ħodor fuq il-bini. Aktar minn hekk, jekk dejjem ħlomt li tkun f’żewġ pajjiżi f’daqqa, allura Strasburgu huwa l-post li għandek iżżur. Imxi lejn il-pont fil-Ġnien taż-Żewġt Ixtut – hemmhekk tista’ toqgħod b’sieq waħda fi Franza u l-oħra fil-Ġermanja!

Image
Strasburgu
Coordinates
48.569045,7.6796788
Tags with icon
Improving air quality
Wonderful for wildlife
Name
Vaduz
Icon on Map
Country
il-Liechtenstein
Population
5670
Why visit?

Imperrċa fuq l-Alpi pittoreski, fuq ix-xtut tax-xmara Renu, Vaduz toffri veduti impressjonanti tal-muntanji msaġġrin u l-qċaċet għoljin ħafna kważi kull fejn tħares. Id-daqs ċkejken tal-belt jagħmilha faċli li toħroġ minnha u tesplora n-natura bil-mixi jew bir-rota. Il-Liechtenstein qed jieħu ħsieb il-flora u l-fawna tiegħu b’171 ettaru ta’ riżervi naturali protetti madwar il-pajjiż kollu. Jekk tiddeċiedi li żżur Vaduz, tinsiex tieħu ż-żarbun tal-mixi miegħek sabiex tkun tista’ tisfrutta bl-aħjar mod iż-żjara tiegħek f’dan il-pajjiż rurali.

Image
Vaduz
Coordinates
47.1427124,9.4849727
Name
Nuremberg
Icon on Map
Country
Il-Ġermanja
Population
515000
Why visit?

Il-belt ta’ Nuremberg fil-Baviera, magħrufa għall-kastell imponenti u għat-toroq imserrpin tal-belt l-antika tagħha, kienet finalista tal-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa fl-2012 u fl-2013. Madwar il-belt kollha hemm żoni ekoloġiċi li jrażżnu l-użu tal-vetturi li jniġġsu, u permezz ta' dan l-arja tal-belt hi aktar nadifa u aħjar għan-nifs. Hemm ukoll impenn qawwi favur l-ekonomija ċirkolari fil-belt, tant li 56% tal-iskart muniċipali jiġi riċiklat. Il-qalba tal-belt hija mimlija ħwienet indipendenti li huma impenjati li jbigħu prodotti ekoloġiċi jew organiċi. Dawk li jħobbu s-snajja’ tradizzjonali magħmulin bl-idejn żgur li m’għandhomx jonqsu milli jżuru ċ-ċentru tal-artiġġjani medjevali.

Image
Nuremberg
Coordinates
49.4359765,10.9682306
Tags with icon
History lovers
Going circular!