FAQs
.
.
Jekk tixtieq tivvjaġġa ma’ grupp ta’ ħbieb, membru wieħed biss tal-grupp – il-kap tal-grupp – irid ikollu indirizz tal-email. Tista’ tapplika bħala membru tal-grupp! Jekk tixtieq tivvjaġġa waħdek, sfortunatament għandu jkollok indirizz tal-email. Jeżistu bosta provvedituri ta’ emails bla ħlas li tista’ tuża!
Ir-regoli tal-kompetizzjoni huma ppubblikati fil-Portal għaż-Żgħażagħ Ewropej, u huwa d-dokument ta’ referenza li jistabbilixxi r-regoli.
Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tisma’ mingħand il-vjaġġaturi żgħażagħ u se tħeġġiġhom jaqsmu l-esperjenzi u l-avventuri tagħhom. Hu għalhekk li, ladarba jintgħażlu, il-parteċipanti se jsiru Ambaxxaturi tal-inizjattiva DiscoverEU. Huma se jiġu mistiedna jirrappurtaw dwar l-esperjenzi tagħhom tal-ivvjaġġar, pereżempju permezz ta’ għodod tal-midja soċjali bħal Instagram, Facebook u Twitter, jew billi jagħtu preżentazzjoni fl-iskola jew fil-komunità lokali tagħhom. Se jinħoloq Grupp tal-Facebook u l-parteċipanti jistgħu jingħaqdu fih.
Il-Kummissjoni Ewropea se tipprovdi pakkett ta’ informazzjoni lill-parteċipanti magħżula b’suġġerimenti utli għall-ivvjaġġar. Il-parteċipanti jrid ikollhom dokument/biljett validu tal-ivvjaġġar matul il-vjaġġ tagħhom. Kwalunkwe ħaġa relatata ma’ tali dokument (validità, eċċ) hija r-responsabbiltà tal-parteċipant.
Hu rakkomandat ħafna li ż-żgħażagħ iġorru passaport jew karta tal-identità valida magħhom meta jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea. Kwalunkwe ħaġa relatata ma’ tali dokument (validità, eċċ) hija r-responsabbiltà tal-parteċipant.
Le. Il-kuntrattur li jibbukkja l-vjaġġi jista’ jagħżel kwalunkwe mezz ta’ trasport pubbliku u kwalunkwe operatur jew linja (karrozzi privati u xarabanks mikrija huma, bħala regola ġenerali, esklużi).
Le. L-ibbukkjar tal-akkomodazzjoni huwa r-responsabbiltà unika tal-parteċipant.
Le. L-inizjattiva ma tinkludi l-ebda assigurazzjoni tal-ivvjaġġar. Il-kopertura tal-assigurazzjoni hija r-responsabilità unika tal-parteċipant. Barra minn hekk, l-akkomodazzjoni, is-sussistenza, is-supplimenti tal-ivvjaġġar li jitħallsu matul il-vjaġġ jew kwalunkwe spejjeż oħra relatati mal-vjaġġ għandhom jiġu koperti mill-parteċipanti.
Il-parteċipanti għandhom jiksbu assigurazzjoni tas-saħħa u tal-ivvjaġġar xierqa għall-vjaġġ kollu. Kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa bażika normalment hija pprovduta mill-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tal-parteċipant matul is-soġġorn tiegħu f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Karta tal-Assigurazzjoni Ewropea. Madankollu, il-kopertura tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea jew l-assigurazzjoni tas-saħħa privata għandu mnejn ma tinkludix il-każijiet kollha possibbli, speċjalment jekk ikunu meħtieġa ripatrijazzjoni jew intervent mediku speċifiku. F’dan il-każ, assigurazzjoni privata komplementari hija rakkomandabbli.
Kwalunkwe tariffa potenzjali tal-kanċellazzjoni jew tal-modifika għandha tiġi koperta mill-parteċipanti. Ma hemm l-ebda baġit addizzjonali previst biex ikopri spejjeż ta’ dan it-tip, tkun xi tkun ir-raġuni.
Le. Kull biljett tal-ivvjaġġar se jkun nominattiv u ma jistax jiġi trasferit lil persuna oħra taħt kwalunkwe ċirkostanza. L-isem fuq il-biljett tal-ivvjaġġar ma jistax jinbidel.